It-tabib tal-familja b’aċċess aktar immedjat għar-riżultati tal-pazjent

Permezz tal-aġġornament tas-sistema myhealth il-pazjent jista’ jagħti aċċess lit-tabib tal-familja għar-riżultati tiegħu.
Is-sistema mhux biss se tagħti l-aċċess lit-tobba biex jaraw ir-riżultati tad-demm, imma wkoll aċċess biex jitolbu li jsiru xi testijiet speċifiċi.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne spjega li s-sistema saret aktar faċli għall-pazjent u għat-tabib biex jaċċessaw b’mod sigur is-sistema.
Dan ifisser li bil-kunsens tal-pazjent, it-tabib tal-familja se jkollu b’mod immedjat ir-riżultati ta’ testijiet, x-rays u MRIs li jkun jista’ jiddiskuti mal-pazjent.