“Ninżel jien, jinżel kulħadd miegħi” – Yorgen lit-tabib

Miguela Xuereb

Read in English.

It-tabib Adrian Vella, li huwa t-tabib tal-eks Chief of Staff Keith Schembri u tas-sid tal-kumpanija 17 Black Yorgen Fenech, xehed fil-Qorti llum. Instemgħet ukoll ix-xhieda ta’ Matthew Mirabelli, fotografu tal-ġurnal Times of Malta.

Xi spikka mis-smigħ tal-lum?

  • Il-Maġistrat tgħid lit-Tabib Adrian Vella li Keith Schembri kien xehed li mhux hu għaddielu l-karti. It-tabib jinsisti li Schembri tahomlu.
  • “Ninżel jien, jinżel kulħadd miegħi” – Dan il-kliem qalu Yorgen Fenech lit-tabib Vella meta tah il-karti li bagħatlu Keith Schembri
  • “Yorgen introduċieni ma’ Keith Schembri xi erba’ snin ilu meta kellu kundizzjoni serja. Mort magħhom l-Istati Uniti” – it-Tabib Vella
  • It-tabib qal li meta ġie interrogat l-eks Kummissarju Lawrence Cutajar kien jgħidlu “giddieb”, possibilment xħin qal li ġabar il-karti mingħand Schembri
14:07 Grazzi talli segwejtuna. Is-smigħ li jmiss se jsir fil-25 ta' Awwissu fl-10am.
Nicole Borg
14:06 Dr Caruana Curran spjega li minħabba r-restrizzjonijiet tal-coronavirus, l-akkużat ma jistax jgħaddi notifiki tal-qorti lit-tim tad-difiża. Huma talbu li jinżammu infurmati.

Il-Qorti laqgħet it-talba.
Nicole Borg
14:04 Dr Mercieca qal li Arnaud kellu jġib xi kjarifiki miegħu. Arnaud qal li ma ġabx l-informazzjoni miegħu minħabba raġunijiet oħrajn. Qal li se jkun qed jgħaddi l-informazzjoni mitluba fis-smigħ li jmiss.
Nicole Borg
14:03 Il-kontro-eżami ġie pospost għal ġurnata oħra.
Nicole Borg
14:02 Telqu minn hemm għall-ħabta tas-7.45pm.
Nicole Borg
14:01 Ix-xhud qal li aktar tard kien mar ħdejh Jacob Borg, imma l-kaptan ma kienx għadu hemm meta wasal il-kollega tiegħu.
Nicole Borg
14:00 Mirabelli qal li meta l-kaptan qallu li kienu se joħorġu bid-dgħajsa aktar tard dik il-ġimgħa, ma reġax rah. Ix-xhud qal li informa lill-editur li kollox kien kwiet. Il-kaptan ma rritornax abbord.
Nicole Borg
13:55 Hu bagħat ritratt tad-dgħajsa lill-editor. Xi ħames minuti wara, d-dawl inxtegħel, u l-kaptan ħareġ.

Il-kaptan u Mirabelli tkellmu għax kienu jafu lil xulxin. Qal li kien jaf lill-kaptan għax kellhom hobby komuni u ma kellu l-ebda idea li hu kien il-kaptan.

Il-kaptan staqsieh x'kien qed jagħmel hemm u Mirabelli qal li kien intalab imur hemm. Staqsieh jekk kienx ħiereġ, u l-kaptan qallu li kien mar hemm biex jixgħel l-elettriku. Imbagħad sparixxa. Il-kaptan ġie lura xi ħames minuti wara u qallu "biex tkun taf, għandna noħorġu bid-dgħajsa aktar tard din il-ġimgħa."

Ix-xhud qal li l-kaptan qallu li dakinhar ma kienx bi ħsiebhom joħorġu għax kien wisq riħ.
Nicole Borg
13:54 Hu qal li rċieva telefonata fis-7pm biex iżomm għajnejh fuq id-dgħajsa. L-editur tiegħu kien bagħtu ritratt tagħha.

Qal li hu kien hemm waħdu u li kienu qalulu li kien se jingħaqad miegħu ġurnalist aktar tard.
Nicole Borg
13:54 Arnaud staqsa dwar id-19 ta' Novembru.
Nicole Borg
13:53 Mirabelli huwa fotografu mal-ġurnal Times of Malta.
Nicole Borg
13:53 Matthew Mirabelli jibda jixhed.
Nicole Borg
13:52 Dr Mercieca qal lill-Qorti li huma ma kinux infurmatu dwar ix-xhud li jmiss. Il-Qorti qalet lid-difiża li l-prosekuzzjoni għandha kull dritt li sejjaħ għal xhieda.
Nicole Borg
13:50 Vella jibda ħiereġ 'il barra mill-awla fejn sellem lil omm Fenech.
Nicole Borg
13:50 Il-kontro-eżami jintemm għal-lum.
Nicole Borg
13:48 Vella qal li Arnaud u Zahra kienu attenti għal dak li kien qed jgħid. Qal li Cutajar kien jintervjeni u jgħidlu giddieb. Qal li wisq probabbli qallu hekk x'ħin kien qed isemmi minn fejn ġabar il-karti.

Dr Caruana Curran staqsa jekk Cutajar kienx fuq il-mobile jibgħat messaġġi lil xi ħadd waqt li kien qed jagħti statement.

Vella qal li Cutajar kellu l-mobile imma ma kienx jaf x'qed jagħmel fuqu.
Nicole Borg
13:47 Waqt li kien qed jagħti d-dettalji lill-pulizija, Cutajar kien preżenti kważi sal-aħħar.
Nicole Borg
13:46 Dr Caruana Curran staqsa dwar meta Vella kien arrestat. Vella qal li għall-ewwel kien hemm l-Ispetturi Arnaud u Zahra matul il-lejl.

Qal li mbagħad ħaduh jiltaqa' mal-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Qal li fl-ebda punt ma tħalla waħdu ma' Cutajar.
Nicole Borg
13:45 Ninsabu lura fl-awla.
Nicole Borg
13:36 Il-kontro-eżami se jkompli wara bibien magħluqa. Il-pubbliku mill-ġdid jintalab joħroġ mill-awla.
Nicole Borg
13:35 Dr Vella jintalab jirritorna fl-awla.
Nicole Borg
13:35 Id-difiża tinforma lix-xhud li se jkomplu l-kontro-eżami tax-xhud.
Nicole Borg
13:34 Jitkompla s-smigħ tax-xhud.
Nicole Borg
13:09 Is-smigħ jiġi sospiż għal ftit minuti sakemm id-difiża ikkonsulta mal-klijent.
Nicole Borg
13:06 Il-Maġistrat Montebello tistaqsi lix-xhud direttament u qaltlu li meta Schembri xehed fil-Qorti, dan qal li ma għadde l-ebda karti lil Vella. "X'għandek xi tgħid dwar dan?"

Vella wieġeb jgħid li hu kien kiseb il-karti mingħand Schembri.
Nicole Borg
13:05 Dr Caruana Curran staqsa jekk ix-xhud jistax jintwera l-karti. Vella qal li hu ma kienx se jirrikonoxxi l-kontenut għax ma kienx jaf x'hemm fuqhom.

Vella ntwera l-karti biex jidentifika l-kitba ta' Fenech.
Nicole Borg
13:03 Vella qal li jiftakra lil Fenech jikteb fuq il-karti.

Caruana Curran staqsa jekk il-karti kienux amendati waqt li Fenech kien fuq it-telefonata ma' Schembri. Żied jgħid li ma jiftakard u ftakar biss fit-telefonata għax semmiha l-avukat.
Nicole Borg
12:59 Dr Caruana Curran ikompli jistaqsi l-mistoqsijiet lix-xhud fejn irrefera għall-episodju ta' Portomaso.

"Jekk ngħidlek li Fenech ħa l-karti u qrahom quddiemna t-tnejn?" staqsa Caruana Curran.

Vella qal li ma jiftakarx.

Caruana Curran staqsa jekk Schembri kienx ċempillu waqt li kienu hemm.

Vella kkonferma dan u qal li għadda l-mobile lil Fenech. Qal li l-konverżazzjoni bejniethom damet bejn żewġ u tliet minuti, qal iżda li ma jiftakarx it-telefonata.
Nicole Borg
12:59 Vella qal li kien hemm massimu ta' sitt karti li kien tewa' fi tnejn'.
Nicole Borg
12:58 Caruana Curran u Mercieca jgħidu kelma bejniethom fil-privat qabel ma komplew bil-mistoqsijiet.
Nicole Borg
12:53 Hu qal li Schembri indika xi karti fuq l-iskrivanija tiegħu u qallu li għandu joħodhom lil Fenech.

Mercieca staqsieh kif kien jaf liema karti għandu jieħu. Vella qal li Schembri qatt ma mess il-karti imma sempliċiment indika b'sinjal b'rasu. Irrimarka li Schembri ma qal xejn u assuma li dawk kienu l-karti li ried jgħaddi lil Fenech.

Qal li l-karti kienu wiċċhom l-isfel fil-kantuniera tal-mejda. Qal li kienu A4.

Qal li hu dejjem ħadem bis-sigriet tal-professjoni għal 32 sena. "Staqsi lill-pazjenti kollha tiegħi li hawn fil-kamra. Jien qatt ma nagħmel dawn l-affarijiet," Vella qal meta mistoqsi dwar il-kontenut tal-karti.
Nicole Borg
12:49 Merciec staqsa dwar l-episodju tal-Mellieħa. Vella qal li mart Schembri infurmatu li Keith Schembri kien qed jinħasel. Meta Schembri niżel isfel, stieden lil Vella fis-salott.
Nicole Borg
12:49 Vella qal li probabbilment Yorgen Fenech kien ħa l-karti miegħu Għawdex għax Franco Fenech ma kellu xejn miegħu meta telgħu Għawdex.
Nicole Borg
12:47 Mercieca staqsa dwar iż-żmien tagħhom f'Għawdex. Vella kkonferma li Franco Fenech kien ippropona li Fenech jitlaq. Qal li Fenech kien ċert li ma riedx jitlaq.
Nicole Borg
12:47 Dr Charles Mercieca jibda jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu.
Nicole Borg
12:45 Vella qal li Schembri ma qallux biex iħassar l-app ta' WhatsApp.

Żied jgħid li ma kienx Schembri li qallu juża l-app li hija encrypted, Signal, biex jikkomunika miegħu. Qal li kienu juża l-app biex jikkomunika ma' persuni oħrajn ukoll.
Nicole Borg
12:42 Vella qal li għall-11.30pm kien hemm xi ħadd li beda jħabbat mal-bieb tiegħu. Hu qal li ma kienx jaf jekk dawn kinux il-pulizija jew ħallelin. Vella qal li l-ewwel persuna li ċempel kien lil Schembri.

Għall-bidu Schembri qallu biex ma jiftaħx il-bieb jekk ma kienx jaf min kien hemm barra.

Qal li meta bintu infurmatu, reġa' ċempel lil Schembri li tah il-parir biex jiftaħ il-bieb u jimxi ma' li jgħidlulu l-pulizija.
Nicole Borg
12:42 Vella kkonferma li Fenech kien aġitat dak iż-żmien.
Nicole Borg
12:41 Malli ra l-karti, Fenech irreaġixxa, qal Dr Azzopardi. Vella wieġeb jgħid li iva, u qal li Fenech li jekk hu se jispiċċa jinqabad mela kulħadd kien se jgħaddi minn dak li se jgħaddi hu.

'Ninżel jien, jinżel kulħadd miegħi!' qal Vella dwar x'qal Fenech.
Nicole Borg
12:39 Azzopardi staqsa dwar meta mar iwassal il-karti Portomaso.
Nicole Borg
12:38 Vella qal li ma staqshiex għaliex kien bidel in-numru tiegħi. "Ma għaddilix minn moħħi li nistaqsi," qal Vella.
Nicole Borg
12:37 Dr Azzopardi staqsieh dwar id-dokumenti li ffirmaw l-aħwa f'Għawdex.

Vella qal li jumejn wara kienet ħarġet fil-media li kien hemm trasferiment tal-ishma. Qal li kien hemm ħafna karti fuq il-mejda.

'Lili ma temmnunix. Imma jien ma nsaqsi qatt,' Vella żied jgħid.

Il-Qorti qaltlu biex ma jgħidx dan il-kliem għax hu kien qed jixhed taħt ġurament.
Nicole Borg
12:36 Vella qal li jista' jkun li kien fl-2017 meta Fenech mar Għawdex ma' Vella.

Dr Azzopardi staqsa jekk dak iż-żmien Fenech kellux bżonn jirrilassa. Vella wieġeb jgħid li le.
Nicole Borg
12:34 Dr Azzoppardi rrefera għal meta Vella qal li ra lil Fenech aġitat. Staqsieh jekk din kinitx xi ħaġa frekwenti fit-30 sena li kien ilu tabib tiegħu.

Vella qal li qatt ma kien ra lil Fenech f'dan l-istat.

Azzopardi staqsa jekk Vella kienx staqsa lil Fenech dwar il-kawża.

Vella qal li le, ma staqsiehx direttament ladarba kien f'dak l-istat.
Nicole Borg
12:33 Dr Jason Azzopardi jibda l-kontro eżami.
Nicole Borg
12:31 Vella qal li meta telaq mill-appartament ta' Fenech, Fenech kien staqsieh jekk kellux xi flus miegħu. Vella ftakar li kellu €50. Fenech talbu jgħaddu l-uffiċċju.

Irrimarka li b'hekk ikkonkluda li kienu flus.
Nicole Borg
12:29 Vella qal li Fenech ma kienx qallu għaliex kien nesa' l-mobile tiegħu warajh id-dar.

Qal li kellu l-affarijiet personali tiegħu f'bagalja żgħira.

Qabel ma' mar Għawdex, Yorgen Fenech waqaf l-uffiċċju tiegħu.

Arnaud għafas biex ix-xhud jitkellem dwar il-konverżazzjoni.

Vella qal li Fenech forsi mar l-uffiċċju biex iġib xi flus. Żied jgħid li Fenech kellu biss bagalja, li jaf ġab mill-uffiċċju.
Nicole Borg
12:28 Schembri kien avżah biex jiftaħ il-bieb u jmur mal-Pulizija, ftakar Vella.
Nicole Borg
12:26 Vella qal li ħassar l-app ta' WhatsApp qabel ma tefa' l-mobile. Qal li kien qed jibża' li se jispiċċa l-ħabs għax għadda l-karti bejn Schembri u Fenech.

Qal li kien juża' l-app Signal biex jitkellem ma' Keith Schembri u mhux WhatsApp.

"Jien u Keith Schembri dak iż-żmien ma konnix nitkellmu WhatsApp. Konna nużaw Signal," qal Vella.
Nicole Borg
12:24 Vella tefa' l-mobile meta beda jirċievi t-telefonati, li assuma li kienu mill-Pulizija. Qal li t-taħbit fuq il-bieb dam għaddej għal ħin twil.

Vella qal li bintu marret fil-kamra tiegħu tgħajjat li l-Pulizija kienu qed jippruvaw jikkuntattjawh. Qal li jaf ċempel lil Schembri billi uża l-mobile ta' bintu.
Nicole Borg
12:21 Hu qal li ma ħasibx li jċempel lill-pulizija u li Schembri kien l-ewwel persuna li għaddielu minn moħħu. Qal li kien jaf li kien se jgħinu.

Vella qal li hu kien jieħu pariri mingħand Schembri fuq bażi regolari.

Ix-xhud qal li kien għaddielu ħsieb li dawk il-persuni kienu hemm minħabba l-karti li kien għadda hu. Żied jgħid li ma kienx jaf li kienu l-pulizija.
Nicole Borg
12:19 Vella qal li għall-ħabta tal-11.30pm u sema' taħbit mal-bieb. Hu ċempel lil Keith Schembri biex jgħidlu li kien hemm persuni barra.

"Ħsejjes minn kullimkien. Kissruha dar."

Staqsewh għaliex iddeċieda li jċempel lil Schembri, Vella qal li f'dak iż-żmien Schembri kien jgħinu li kieku kienu xi ħallelin – Schembi kien ikun jista' jibgħatlu l-pulizija.

"Kieku ġara xi ħaġa, kien jaqdini," qal Vella dwar Schembri.
Nicole Borg
12:18 Arnaud staqsa jekk kienx normali għalih li jaġixxi bħala messaġġier. Vella qal li kien normali li jintalab jagħmel xi qadi.

"L-irwol mediku xi kultant jitlob li dan isir…"

Hu wieġeb jgħid li qatt qabel ma kien intalab jgħaddi ittri bejn Fenech u Schembri.
Nicole Borg
12:16 Vella qal li l-Ħadd irċieva telefonata mill-avukati ta' Fenech u ntalab imur għandhom. Kien għall-ħabta tas-7pm. Vella qal li hu ma marx għax kien imbeżża'.
Nicole Borg
12:16 Il-qorti ordnat li x-xhud jingħata tazza ilma. Jidher viżibilment maħsud.
Nicole Borg
12:15 Vella qal li hu kien lura d-dar fis-1am it-Tnejn. Minn taħt l-ilsien imbagħad qal li kien ġie arrestat.
Nicole Borg
12:12 "Niftakar lil Fenech ċar jgħid il-kliem 'ma jistax ikun'," qal Vella.

Kompla jgħid li wara li sabbat il-karti, l-ispettur tal-pulizija ġie jinforma lil Fenech li martu kienet se titlaq barra minn Malta.

"Kien hemm xeni emozjonanti u onestament ma kontx lest li naffaċjahom. Imbagħad ħadt l-opportunità li nitlaq malli telqet martu," qal Vella.
Nicole Borg
12:11 Vella qal li Yorgen Fenech għall-bidu kien aġitat. Qal li f'punt minnhom Fenech qal "ma jistax ikun" u sabbat il-karti.

Vella, Fenech u Caruana Curran kienu fuq ġewwa filwaqt li Fenech kien qed jikteb fuq il-karti.
Nicole Borg
12:10 Arnaud baqa' jippressa bil-mistoqsija għaliex iddeċieda li jagħmel hekk.

"Għax kien ħdejja," qal Vella finalment.

Vella qal li Fenech beda jikteb fuq karti oħrajn. It-tabib insista li hu ma kienx ħares lejn il-karti.
Nicole Borg
12:09 Ix-xhud jgħid li meta ra l-pulizija preżenti fl-appartament beża' u ta' l-karti lill-avukat minflok ma għaddihom lil Fenech.
Nicole Borg
12:08 Vella qal li kien hemm pulizija ma kullimkien – fil-gallarija, fil-lift, fl-appartament.
Nicole Borg
12:07 Vella qal li hu pprova jagħti l-karti li għaddielu Schembri lill-avukat, imma Fenech ħadomlu. Il-Maġistrat Montebello ordnat lix-xhud biex jindirizza lill-Qorti u mhux lill-avukat.
Nicole Borg
12:06 Qal li martu, il-fattiga, Yorgen Fenech, l-avukat Caruana Curran u forsi ħuh kienu preżenti fl-appartament.
Nicole Borg
12:05 Vella qal li hu mbagħad mar Portomaso. Qal li wara li tela' bil-lift ħa qata' x'ħin ra uffiċjali armati quddiem id-dar tiegħu.
Nicole Borg
12:05 It-tabib qal li hu ma tkellimx dwar il-każ, żied jgħid li Schembri u martu kienu mgħaġġlin.
Nicole Borg
12:04 Vella qal li minħabba l-professjoni tiegħu jitwi l-karti malajr. Elabora li hu ma kienx ħares lejn il-karti u lanqas ma staqsa dwarhom. Qal li din kienet karatteristika personali.
Nicole Borg
12:03 Vella qal li Schembri ma kienx elabora fuq il-kontenut tal-karti u li hu qatt ma fetaħhom.
Nicole Borg
12:01 Vella spjega kif tewa l-karti u poġġihom fil-but li jinsab fuq ġewwa tal-kowt.
Nicole Borg
11:59 Hu qal li jiftakar xi karti A4 fuq skrivanija, wiċċhom l-isfel. Qal li hu ma ħarisx lejhom, twihom u ħadhom. Vella qal li Schembri talbu jieħu l-karti lil Fenech. "Ħudomlu naqa' please,"
Nicole Borg
11:59 Vella qal li hu jaħdem ukoll is-Seabank DB kull nhar ta' Ħadd.
Nicole Borg
11:58 Vella qal li Fenech introduċieh ma' Schembri xi erba snin ilu meta kellu kundizzjoni serja. Qal li hu kien mar l-Istati Uniti magħhom.
Nicole Borg
11:57 Qal li meta Schembri kien lest, tkellmu u Schembri għaddielu xi karti għal Fenech. Vella jiftakar li Schembri kien ċempillu filgħodu jistaqsieh jekk kienx viċin id-dar tiegħu u biex jgħaddi s'għandu.

"Tkun għaddej minn hawn għaddi," Schembri qal lil Vella skont ma qed jiftakar ix-xhud.
Nicole Borg
11:56 Qal li wara li spiċċa mix-xogħol, hu mar il-Mellieħa. Hemm sab lil mart Schembri. Fil-ħin li wasal, Schembri kien qed jinħasel. Hu stennieħ ilesti għal madwar 20 minuta.
Nicole Borg
11:54 Qal li dakinhar ma tkellimx aktar ma' Fenech.

L-għada, Fenech ċempel lil Vella. Għall-bidu, Vella ma weġibx it-telefonata għax ma għarafx in-numru. Vella qal li jiftakar li Fenech tah aġġornament dwar is-saħħa tiegħu u staqsieh biex iġiblu ci ħaġa mill-Mellieħa.

Vella jgħid li dakinhar, Fenech qallu: "Mur sal-Mellieħa għand sieħbek." Ikkjarifika li l-kelma "sieħbek" kienet tirreferi għal Keith Schembri.
Nicole Borg
11:53 Hu mar iżur lil Fenech għal darboħra. Hu rrefera lil Fenech l-isptar. Vella qal li hu ma marx l-Isptar Mater Dei.
Nicole Borg
11:52 Vella qal li kien irċieva telefonata oħra mil-lock up fejn kien infurmat li Fenech kien qed jesperjenza wġiegħ f'sidru.

Ix-xhud qal li ma jiftakarx meta kien.
Nicole Borg
11:51 Vella qal li hu rċieva telefonata mill-kwartieri ġenerali tal-pulixija. Qal li hu kien ta' preskrizzjoni ta' kalmanti għax ippreveda s-sintomi li setgħu joħorġu meta wieħed jieqaf jieħu mediċini importanti. Qal li jiftakar li kien hemm żewġ uffiċjali oħra tal-pulizija ġewws.

Huma tkellmu dwar is-saħħa ta' Fenech.
Nicole Borg
11:50 Ninsabu lura fl-awla.
Nicole Borg
11:27 Il-pubbliku kien ordnat joħroġ barra mill-awla għal darboħra.
Nicole Borg
11:27 Vella qal li l-konverżazzjonijiet kienu bħal donnhom stejjer fittizji tax-xjenza.
Nicole Borg
11:24 Qal li ma jiftakarx meta ċempel lil ħabib tiegħu li għandu d-dgħajsa tas-sajd u jekk dan kienx fil-preżenza taż-żewġ aħwa jew le.
Nicole Borg
11:23 Vella spjega li ħabib tiegħu kellu dgħajsa tas-sajd. Qal li jiftakar li kien ċempillu. Il-Maġistrat Montebello rrimarkat li dan ma kienx bluff.
Nicole Borg
11:20 "Ħu paċenzja Dr Vella, qed tħawwad. Għandek bżonn aktar ħin biex tiftakar?" staqsiet il-Maġistrat.

"Għidli xi tridni ngħid jekk jogħġbok," talab Vella filwaqt li żied jgħid li mhux qed jifhem.

Il-Maġistrat Montebello qalet li hu kien ingħata ħafna ċansijiet.

Issemmew diversi pajjiżi u postijiet, inkluż il-Messiku, it-Tuneżija u Pariġi.
Nicole Borg
11:17 Il-Maġistrat staqsiet għaliex kien issuġġerixxa dgħajsa meta setgħu jitilqu mill-pajjiż b'mod aktar komdu b'jet privat.

Vella qal lill-Qorti li ħu Fenech kien anke semma rockets, submarines eċċ. Qal li sfortunatament il-Qorti ma taf lil ħu Fenech u mhux se tifhem il-kuntest.

Vella qal li Fenech għandu żewġ dgħajjes. Il-Qorti stasiet għaliex issuġġerixxa li jużaw dgħajsa ta' ħaddieħor meta Fenech diġà kellu dgħajsa.
Nicole Borg
11:15 Vella jgħid li jaħseb li ħu Fenech ried jieħdu barra minn Malta fuq jet. Qal li hu kien issuġġerixxa li għandhom jagħmlu dan b'dgħajsa. KIen hemm li ssuġġerixxa li sieħbu li kellu dgħajsa. Qal li dak kollu kien bluff.

Galea Farrugia jqum bilwieqfa u jgħid li qabel ma jiddikjara lil Vella bħala xhud ostili, jixtieq ifkkru li hu qed jixhed taħt ġurament.

Il-Qorti qalet li hu ma jistax jagħmel dan. Il-Maġistrat idur lejn ix-xhud u għal darboħra tistaqsih dwar il-konverżazzjoni.
Nicole Borg
11:14 Il-Qorti tistaqsi: "X'rajt fuq il-midja?"
Nicole Borg
11:09 Arnaud reġa' staqsa dwar il-konverżazzjonijiet li kellhom is-Sibt ta' qabel l-arrest, Vella qal li hu kien bluffja u qal li ħabib tiegħu kellu dgħajsa.

Għal mistoqsija tal-Qorti, Vella qal li wisq probabli kien staqsieh Franco, ħu Fenech. "Imma trid tkun taf min hu Franco," reġa' qal Vella.

Vella qal li ma jiftakarx meta kien dan. "Tant hemm affarijiet fil-midja li nibda nitħawwad," żied jgħid Vella.

"Ħażin!" Irrmarkat il-Maġistrat hekk kif bdiet tagħmel xi mistoqsijiet hi.

Vella qal li hemm ċans li sema' dan mill-midja.
Nicole Borg
11:08 Vella qal li wara dakinhar, kien żar lil Yorgen Fenech fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana wara telefonata. Dak iż-żmien Fenech reġa' kien aġitat.
Nicole Borg
11:06 Il-Ħadd, qal li rċieva telefonata minn Franco Fenech tgħid li se jmur għal Yorgen Fenech hu. Vella qal li xufier kien ħadlu ċ-ċwievet.

Vella qal li hu kien offiż li ma marrux flimkien Għawdex. Qal li minn dakinhar ma kellhomx aktar kuntatt.
Nicole Borg
11:05 Vella qal li huma kienu telqu minn Għawdex għall-ħabta tal-4pm. Huma ftehmu li jmorru lura Għawdex l-għada.
Nicole Borg
11:04 Hu qal li mbagħad kien ra lil Fenech jieħu telefonata u ħareġ mill-kamra sakemm l-aħwa komplew jitkellmu dwar affarijiet relatati ma' xogħol u jiffirmaw xi dokumenti.
Nicole Borg
11:04 Staqsewh għaliex il-kelma "legali" kienet intużat. Vella qal li jekk jiftakar sew il-kelma intużat.
Nicole Borg
11:01 Għal darboħra, Arnaud staqsa dwar il-konverżazzjonijiet ta-Sibt meta Fenech, ħuh u Vella kienu Għawdex.

Vella qal li kienu tkellmu dwar kemm kienet legali li jitlaq minn Malta. Qal li jiftakar lil Fenech jgħid li jekk ried jaħrab mill-pajjiż seta' juża' jet privat.

Hu qal li ma fehemx il-kuntest tal-ħarba ta' Fenech ħlief li ħu Feneck kien inkwetat dwar l-akkużat.
Nicole Borg
10:58 Fuq inizjattiva tiegħu stess, Vella qal li Fenech qatt ma ried jaħrab.

Dwar jekk kienx sema' l-konverżazzjoni bejn l-aħwa Fenech, hu qal li jiftakar lil ħu Fenech jistaqsih dwar jekk legalment setax jitlaq mill-pajjiż. Hu żied jgħid li Fenech qal lil ħuh li ma riedx jitlaq mill-pajjiż imma ried jibqa' Malta.
Nicole Borg
10:55 Is-Sibt filgħodu, Vella qal li rċieva telefonata minn ħu Fenech tgħid li hu kien se jmur jara lil Fenech għax riedu jiffirma xi karti. Vella mar ma' ħu Fenech.

Dwar jekk Fenech kienx għadu aġitat, Vella qal li le u żied jgħid li kien tah xi pilloli biex jikkontrolla l-ansjetà.

"Tinsiex ippakjajtlu Ativan," qal Vella.
Nicole Borg
10:53 Ix-xhud iwieġeb mistoqsijiet dwar il-pjan. Vella spjega li Fenech jafda lil ħuh, u li l-ġurnata ta' wara ħuh kien mar għalih biex iġibu lura minn Għawdex.

"Ħuh huwa espert tas-suġġett kif għidna wara bibien magħluqa," qal Vella.
Nicole Borg
10:52 Qal li qabel il-vjaġġ kien ta' xi pilloli lil Fenech biex jikkalma. Qal li kien għalhekk li Fenech raqad.
Nicole Borg
10:51 Mal-wasla fid-dar ta' Għajnsielem, Vella wera lil Fenech madwar id-dar u telaq. Fenech ma riedx jiekol. It-tabib qal li mbagħad hu telaq għal Malta.

Vella qal li l-aħħar darba li Fenech kien mar f'din id-dar kien sentejn qabel, qal li x'aktarx mar xi darbtejn.
Nicole Borg
10:50 Mal-wasla f'Għawdex, Vella ta' ċ-ċwievet tad-dar lil Fenech u mar il-każin ta' Għajnsielem biex jixtri erba' pakketti sigaretti għal Fenech.
Nicole Borg
10:49 Qal li Fenech raqad fil-karozza waqt li kienu fi triqithom lejn Għawdex u Vella baqa' miegħu.
Nicole Borg
10:47 Arnaud staqsa jekk minn Portomaso marrux direttament iċ-ĊIrkewwa. Vella qal li fit-triq, Fenech irrealizza li nesa l-mobile warajh.

Vella waqaf id-dar tiegħu u tah mobile ġdid li kien rigal li kien qala' għall-Milied u li ma riedx.
Nicole Borg
10:47 Qal li għall-ewwel Fenech ma aċċettax is-suġġeriment ta' Vella. Imma mbagħad kienu marru lejn Għawdex bil-karozza ta' Vella għall-ħabta tad-9.30pm.
Nicole Borg
10:46 Vella qal li dan ġara l-Ġimgħa qabel ma' Fenech kien arrestat.
Nicole Borg
10:44 It-Tabib Vella qal li hu kien issuġġerixxa lil mart Fenech biex imorru Għawdex sakemm kollox jikkalma. Hu ddeskriva Għawdex bħala post fejn xi ħadd imur biex jikkalma.

"Kont assumejt li kien l-effett tan-narkotiċi li kien ħa," qal it-Tabib Vella lill-Qorti.
Nicole Borg
10:44 Nidħlu lura fl-awla.
Nicole Borg
10:33 Il-Qorti tordna l-pubbliku joħroġ mill-awla.
Nicole Borg
10:32 Hu qal li kien mar fid-dar ta' Fenech f'Portomaso madwar it-8pm fejn sabu aġitat. Qal li jixtieq li jgħid xi ħaġa, iżda jrid jagħmel dan wara bibien magħluqa.
Nicole Borg
10:31 It-Tabib Vella jgħid li f'Novembru tal-2019, Fenech ċempillu jgħidlu li kien jinstab vera aġitat.
Nicole Borg
10:31 Minbarra li għandu l-prattika privata tiegħu qal li jaħdem ukoll għal diversi kumpaniji, inkluż Tumas Group.
Nicole Borg
10:30 Il-qorti teżonora lit-tabib mis-sigriet tal-professjoni.

L-avukati ta' Fenech jagħmlu punt dwar il-mistoqsijiet relatati mas-saħħa. Il-Qorti se tidderieġi kif hemm bżonn.

Arnaud jibda jistaqsi. It-Tabib Vella jgħid li hu ilu snin twal jaqdi lill-familja Fenech bħala t-tabib tagħhom. Qal li għamel dan għal erba' ġenerazzjonijiet.
Nicole Borg
10:29 L-avukat tiegħu qal li ladarba huwa tabib, hu kellu jinħeles mis-sigriet tal-professjonali u possibilment jixhed wara bibien magħluqa.
Nicole Borg
10:25 It-Tabib Vella jgħid li ladarba l-proċedimenti fil-konfront tiegħu għadhom mhux konklużi, se jkun qed iwieġeb aktar tard.

Il-Maġistrat Montebello qalet li hu ma fehemx it-twissija tagħha. Qalet li bħala xhud hu marbut li jwieġeb kwalunkwe mistoqsija li ma toħloqx riskju li jinkrimina lilu nniffsu.

Hu jagħmel sinjal b'rasu li jindika li fehem.
Nicole Borg
10:24 Il-Maġistrat Montebello twissi lix-xhud li m'għandu l-ebda dritt għal avukat bħala xhud.
Nicole Borg
10:23 L-Ispettur tal-Pulizija Arnaud jgħid lill-qorti li l-investigazzjoni għadha għaddejja. Preżentament Dr Vella ma jidhirx li huwa kriminalment responsabbli, minkejja dan l-investigazzjoni għadha mhix konkluża, spjega Arnaud.
Nicole Borg
10:22 Il-Maġistrat Montebello tistaqsi jekk hemmx xi twissijiet għax-xhud.
Nicole Borg
10:22 It-Tabib Adrian Vella jibda jixhed
Nicole Borg
10:21 Il-pedana tax-xhieda tintmesaħ bid-diżinfettant qabel ma jitla' jixhed ix-xhud li jmiss.
Nicole Borg
10:18 Ix-xhud jgħid li l-hard drive fiha diversi rekordings. Hu sab ukoll li kien hemm tliet tipi ta' software kienu ntużaw biex ikunu estratti r-rekordings.

Cardona talab sabiex ħadd ma jaħdem fuq il-pen drives imma ssir kopja tal-informazzjoni.
Nicole Borg
10:17 L-espert tal-Qorti eżebixxa wkoll rapport.
Nicole Borg
10:16 L-espert tal-Qorti pprezenta ħames pen drives li fihom rekordings. Spjega li kien hemm aktar rekordings minn dawk it-tmienja li ssemmew waqt is-smigħ li għadda.
Nicole Borg
10:15 Hu qal li fittex diversi formats ta' recordings differenti li hemm fil-hard drive.
Nicole Borg
10:14 Albert Cardona jitla' jixhed. Cardona kien appuntat bħala xhud għall-Qorti u kien intalab jidentifika rekordings li kienu fuq hard drive.
Nicole Borg
10:12 Il-Qorti toħorġ digriet fejn tilqa' t-talba tad-difiża li jinħatar psikjatra sabiex jevalwa l-istat mentali tax-xhud Melvin Theuma. Dr Joe Cassar inħatar bħala espert tal-Qorti.
Nicole Borg
10:11 Il-Maġistrat Montebello tasal fl-awla.
Nicole Borg
10:06 Kulħadd qed jistenna l-wasla tal-Maġistrat Rachel Montebello.
Nicole Borg
09:54 Is-suspettat, Yorgen Fenech, jiddaħħal fl-awla.
Nicole Borg
09:50 Il-ġurnata t-tajba u nilqgħukoma għal dan il-live blogg ta' Newsbook. Ninsabu preżenti f'awla 22.
Nicole Borg

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda qed issir fil-konfront ta’ Yorgen Fenech li qed jitressaq akkużat b’kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia.

Vella kien ikkonferma mal-investigaturi li għadda diversi ittri bejn Fenech u Schembri, waqt li Fenech kien taħt ħelsien mill-arrest. Hu dejjem insista li qatt ma qara l-kontenut tal-ittri.

L-Ispetturi tal-Pulizija Keith Arnaud u Kurt Zahra qed imexxu l-prosekuzzjoni.

L-avukati Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca qed jidhru għall-akkużat.

L-avukati Jason Azzopardi, Therese Comodini Cachia u Eve Borg Costanzi qed jidhru għall-parte civile.

Il-Maġistrat Rachel Montebello qed tippresedi l-Qorti.

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • Il-Qorti ordnat investigazzjoni fuq min żvela xi rikordings ta’ Melvin Theuma fuq Reddit
  • Id-Difiża ta’ Yorgen Fenech allegat li hemm korruzzjoni fil-Prosekuzzjoni
  • L-Avukat Charles Mercieca mid-Difiża fetħilha kontra l-Avukat Ġenerali, li sa ftit xhur ilu kien jaħdem fl-uffiċċju tiegħu
  • L-Ispettur Keith Arnaud qal li m’għandux x’jaħbi u m’għandux problema li jinstemgħu rikordings fejn jissemma hu fil-miftuħ
  • Il-Qorti ordnat li jinħatar espert psikjatriku biex jeżamina s-saħħa mentali ta’ Melvin Theuma, fuq talba tad-Difiża
  • Il-Kaptan tal-jott ta’ Fenech, Logan Wood, iddeskriva l-lejl meta l-Pulizija arrestat lil Fenech
  • Hu u Fenech raqdu fuq id-dgħajsa qabel ma bdew triqithom lejn Sqallija għall-manutenzjoni tal-jott; qabel telqu, kien hemm xi ġurnalisti jistennew u l-kaptan ħa ħsieb jinforma lil Fenech meta dawn telqu
  • Huwa kien sema’ fuq il-midja għajdut li Fenech assoċjat mal-assassinju
  • Uffiċjal tas-sigurtà ta’ Portomaso bagħat jinforma lill-kaptan li kien hemm xi uffiċjali tas-CID
  • Yorgen qal lill-Kaptan li m’għandhomx x’jaħbu
  • Il-kaptan ċaħad li Fenech kien qed jaħrab.