“It’s a free world” jgħid il-PM dwar Marlene Farrugia

Mitlub jirreaġixxi għad-diskors li għamlet id-Deputat Laburista Marlene Farrugia waqt l-attività tal-PN fiż-Żonqor, il-Prim Ministru qal li “it’s a free world”.
F’kummenti lil ġurnalisi wara l-inawgurazzjoni tal-uffiċini ġodda tal-Maypole f’Ħal Qormi, Dr Muscat wieġeb bl-istess mod meta mistoqsi dwar ir-reazzjoni fi ħdan il-Partit Laburista.
Ilbieraħ, fuq stedina tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Marlene Farrugia indirizzat il-folla li attendiet l-attività tal-PN f’Wied il-Għajn. Hija appellat lil kulħadd biex jiddefendi l-ambjent.