It-3et każ tal-coronavirus fil-fergħa tal-BOV tal-Gżira

Terġa' tinfetaħ il-fergħa tal-Ħamrun

BOV

Read in English.

Il-Bank of Valletta avża lill-klijenti li minn għada, il-fergħa tal-Ħamrun se terġa’ tiftaħ, filwaqt li l-fergħa tal-Gżira se tingħalaq b’mod temporanju.

Fil-fergħa tal-Gżira nstab it-tielet każ tal-coronavirus.

Iċ-ċekkijiet depożitati llum permezz taċ-Cheque Deposit Box se jiġu pproċessati wara d-19 ta’ Ottubru. Il-fergħa se tiġi diżinfettata skont il-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa u terġa’ tinfetaħ meta jkun aċċertat li hija sigura.

F’każ li jkun hemm xi individwi li setgħu ġew esposti għall-virus, dawn se jiġu infurmati mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Il-fergħa tal-Ħamrun kienet temporanjament magħluqa wara li wieħed mill-impjegati irriżulta pożittiv għall-Covid-19. Il-bank qabbad speċjalisti sabiex jiddiżinfettaw il-fergħa. L-awtoritajiet tas-Saħħa taw il-konferma tagħhom li l-fergħa hija sigura sabiex tinfetaħ mill-ġdid.

Għalissa l-fergħa se tkun qed toffri biss servizzi relatati mal-kaxxier u assistenza oħra lill-klijenti.