‘It-3 paġni tal-appell tal-Lifeline twal wisq’ – l-AĠ

Fil-fehma tal-avukati tal-kaptan, tliet paġni mhumiex twal

Claus-Peter Reisch, captain of the humanitarian charity ship MV Lifeline, speaks as he leaves the Courts of Justice accompanied by his lawyers after a court hearing in Valletta, Malta May 14, 2019. REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Read in English.

L-Avukat Ġenerali qal li l-istqarrija ta’ tliet paġni tal-avukati tal-kaptan tal-bastiment MV Lifeline kienet twila wisq. Din kienet parti minn appell li fetħu.

Il-kaptan qed jappella mill-multa ta’ €10,000 li laqqat talli baħħar il-bastiment fl-ibħra Maltin mingħajr il-karti kollha meħtieġa. Meta beda jinstema’ l-appell, l-Avukat Ġenerali qal li l-istatement of facts tal-kaptan kienet twila wisq u li kellha wkoll għadd ta’ allegazzjonijiet.

Fil-fehma tal-avukati tal-kaptan, tliet paġni mhumiex twal. Żiedu jgħidu li ma għamlux allegazzjonijiet.

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera aġġornat il-każ għax-xahar id-dieħel biex tieħu deċiżjoni dwar din il-kwistjoni.

Filmat: ‘Unur għalina li nsalvaw il-ħajjiet’ – Il-Fundatur ta’ Lifeline