It-3 gear ta’ Spurs għas-sena d-dieħla jixbaħ lil dak ta’ Arsenal

L-ewwel stampi tat-tielet gear ta’ Tottenham għall-2020/21 jidher li għandu xebħ kbir mall-gear li għandhom bħalissa Arsenal bħala t-tieni gear. Is-sit barrrani li ħareġ dawn l-istampi tal-gear qal li Spurs se jkunu qed jilagħbu bi flokk isfar iddisinjat minn Nike.

Il-kullar, l-arma u l-isponsor jidher li ngħataw il-kulur blu skur.

Il-flokk jagħti lemħa lit-tieni flokk ta’ Arsenal. Dawn jilgħabu bi flokk isfar meta jkunu qed jilgħabu barra minn darhom. Il-flokk ta’ Gunners huwa ddisinjat fuq stil retro. L-ispirazzjoni ttieħdet mill-flokk li t-tim ta’ Arsenal kienu jilbsu bejn l-1991 u l-1993.

Spurs madankollu għandhom Storja warajhom u l-flokkijiet sofor, b’mod speċjali bejn l-1969 u l-1982.