Mario Balotelli tkeċċa seba’ minuti biss wara li daħal bħala sostitwit fil-logħba kontra Cagliari. Il-logħba mis-Serie A spiċċat f’parità ta’ 2-2.
L-attakkant ġie muri t-tieni karta safra wara li ma ġabx ruħu sew disa’ minuti biss qabel kellha tispiċċa l-logħba. Ftit tal-mumenti qabel, Balotelli ġie muri l-karta s-safra wara li għamel foul fuq Fabio Pisacane.
Balotelli se jkollu jitlew il-logħba ta’ nhar il-Ġimgħa kontra l-eks klabb AC Milan minħabba s-sospenzjoni li akkwista. Il-plejer li għandu 29 sena irnexxielu jiskurja ħames gowls mindu ngħaqad ma’ Brescia f’Awwissu li għadda.
Tul il-karriera tiegħu qala’ 13-il karta ħamra, u huwa t-tieni plejer fl-aqwa ħames kampjonati Ewropej li tkeċċa minn tal-inqas darba fl-erba’ staġuni li għaddew.
Riżultati oħra:
Milan 3-2 Udinese
Bologna 1-1 Verona
Lecce 1-1 Inter
Genoa 1-3 Roma