It-12-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali Folkloristiku tal-Qala

GasanMamo Insurance kienet waħda mill-isponsors ewlenin tat-12-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali Folkloristiku tal-Qala li ġie organizzat f'Settembru mill-Kunsill Lokali tal-Qala u l-Qala Menhir Folk Group. Dan kien tmiem il-ġimgħa speċjali fil-pjazza tar-raħal tal-Qala, u kien ikkaratterizzat minn żfin folkloristku, mużika u ikel tradizzjonali. Dan kollu ngħata l-ħajja permezz ta' programm interkulturali li matul dawn l-aħħar snin irnexxielu jattira l-lokal u l-viżitaturi għad-divertiment ta' kwalità fl-ambjent lokali intimu tal-pjazza tar-raħal.
 
"Aħna kburin li bħala kumpanija tal-assigurazzjoni nappoġġjaw dawn it-tip ta' avveniment għax inizjattivi bħal dawn fil-qasam tal-kultura folkloristika jinvolvu attivitajiet ta' passatempi kreattivi li huma bbażati fuq tradizzjonijiet folkloristiċi u kultura tal-patrimonju tal-pajjiż li jippriservaw it-tradizzjonijiet kulturali nazzjonali u lokali. Għal darb'oħra, l-festival ta' din is-sena kien wieħed ta' suċċess u l-mużika, żfin, kant u l-ilbies ikkulurit, akkumpanjati minn atmosfera unika fil-qalba ta’ raħal kwiet bħal Qala, biddlu lil dan il-post f’ċentru ta' kultura affaxxinanti u tradizzjonijiet folkloristiċi multinazzjonali, " qal Julian J. Mamo, Direttur Maniġerjali ta’ GasanMamo.
 
GasanMamo temmen li avvenimenti bħal dawn, li għandhom l-għan li jippromwovu l-wirt kulturali, huma parti essenzjali tal-kultura tagħna. Hija r-responsabbiltà u d-dmir tagħna li nippromwovu u nippriservaw il-wirt tagħna billi nappoġġaw lill-organizzaturi u l-organizzazzjonijiet lokali li qed jaħdmu kontinwament biex isaħħu l-identità tagħna u jissalvagwardjaw l-istorja kulturali tagħna.