Isuq mill-Ingilterra sal-finali f’Madrid b’karozza ta’ €45

Partitarju ta’ Liverpool għażel li jixtri karozza b’€45 biex mill-Ingilterra jsuq sa’ Madrid fejn se tkun qed tintlagħab il-finali miċ-Champions League bejn Liverpool u Tottenham.

L-ispiża tat-titjiriet lejn il-kapitali Spanjola u ajruporti oħra fi Spanja għolew m’għola s-saqaf, minħabba li żdiedet id-domanda mill-partitarji li jridu jaraw il-finali. Xi partitarji fittxew mezzi alternattivi iżda jidher li ftit kienu li ppruvaw jagħmlu l-vjaġġ bil-karozza.

Simon Wilson li inċidentalment għandu You Tube Channel, spjega kif il-biljett għall-finali ta’ Madrid telgħalu bix-xorti u b’hekk ma kienx qata’ l-biljetti għat-titjira minn qabel. X’ħin ipprova jixtri l-biljetti, il-kont kien se jiġih aktar minn €800 u ddeċieda li għandu jidħol għal din l-avventura b’karozza ta’ €45. Flimkien miegħu fil-karozza ħa xi ħbieb tiegħu, fosthom partitarju tat-tim avversarju, Tottenham.

Tista’ tara l-avventura ta’ Wilson u sħabu minn hawn.