Isuq ir-rota barra mil-lane; tqum kontroversja

Ritratt fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Maltese Road Traffic Updates (MRTU) juri raġel li qed isuq rota barra mill-karreġjata għar-roti.
Bosta kienu dawk li rrabjaw u oħrajn li ġġustifikaw l-att tar-raġel li ddeċieda li ma jagħmilx użu mill-karreġġjata tar-roti.
Ħafna sostnew li t-triq partikolari hija waħda kemmxejn perikoluża. Spjegaw li min ikun qed isuq ir-rota f’din it-triq ta’ bilfors iridu joħorġu barra mill-karreġġjata tar-roti minħabba li ma tkomplix għat-triq kollha.
Irrimarkaw li wara inċidenti bil-karozzi, il-ħġieġ u tifrik ieħor jinkines kollu mal-ġenb tat-triq, jiġifieri jiġi ġol-karreġġjata tar-roti li jikkawża punctures fir-roti.
Oħrajn sostnew li dawk kollha li riedu jipprattikaw ir-rota bħala sport, ma jistgħux jagħmlu użu mill-karreġġjati għar-roti minħabba l-veloċità li jkunu qed isuqu biha.
Madanakollu oħrajn sostnew li kien qed joħloq periklu hu għas-sewwieqa tal-karozzi u jirriskja li ssir xi traġedja.
Il-paġna MRTU spjegat li l-unika raġuni għalfejn tellgħet ir-ritratt kien sabiex tinħoloq diskussjoni edukata dwar is-sigurtà fit-toroq.
Ritratt: MRTU