Isuq għal fuq pulizija bit-trakk waqt il-festa

Fil-Qorti ta’ Għawdex, raġel ta’ 54 sena minn Ta’ Kerċem ġie akkużat li nhar il-Ħadd li għadda waqt il-festa tar-raħal, saq għal fuq pulizija bit-trakk li kien qed isuq. Dan wara li l-pulizija ma ħalliehx jgħaddi mit-triq u tah ċitazzjoni.
Ir-raġel ġie akkużat li pprova jweġġa’ lill-kuntistabbli tal-pulizija, li saq bi traskuraġni u li ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija. 
L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta’ €3,000 u li kull nhar ta’ Erbgħa jiffirma fl-Għassa tar-Rabat Għawdex.   
Ritratt: Facebook – Erin Portelli