Isuq għal fuq in-nies waqt li kien qed ipejjep u jġorr gass tossiku

Mill-inqas 18-il persuna sfaw midruba, tlieta minnhom serjament, wara li vann saq għal fuq folla f’Shanghai.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am, ħin Ċiniż, x’ħin xufier ta’ 40 sena baqa’ dieħel fuq folla nies li kienu qed jistennew barra stabbiliment ta’ Starbucks fil-belt ta’ Shanghai.
L-awtoritajiet Ċiniżi qalu li x-xufier kien qed ipejjep waqt li kien qed isuq merkanzija ta’ ċilindri tal-gass tossiku illegalment.
Għalkemm m’għandux rekords kriminali, ix-xufier inżamm arrestat fuq suspett li kien qed isuq b’mod perikoluż u li kien qed iġorr materjal u sustanzi perikolużi.
Sadanittant bħalissa l-Prim Ministru Ingliż Theresa May bħalissa tinsab f’Shanghai għal laqgħat importanti ta’ diskussjoni bħala parti minn missjoni ta’ negozju maċ-Ċina.