Isuq fuq in-nies iċ-Ċina, imutu 11

Ħdax-il persuna nqatlu, u 44 weġġgħu wara li karozza nstaqet għal ġo pjazza ppakkjata bin-nies u x-xufier ħareġ jattakka iktar nies b’sikkina u pala. L-aggressur qal li xtaq ipattiha lis-soċjetà wara l-passat tiegħu mimli b’ammont sostanzjali tà reati kriminali.

Skont il-gvern Ċiniż, l-inċident seħħ f’Mishui, li hija parti minn Hengyang fil-provinċja ta’ Hunan kmieni illum. Minkejja li ma kienx hemm ħafna dettalji fl-istqarrija tal-gvern, ġie żvelat biss li kunjom is-sewwieq jew sewwieqa kien Yang.

Għalkemm Yang qatel u korra ‘l fuq minn 50 persuna, il-gvern qal li dan ma kienx attakk terroristiku.