Istanbul Convention: Il-Polonja se titlaq minn trattat Ewropew dwar il-vjolenza kontra n-nisa

Il-Polonja se tkun qed toħroġ minn trattat Ewropew li l-għan tiegħu huwa li jipprevjeni l-vjolenza kontra n-nisa.

Il-BBC qal li dan tħabbar mill-Ministru għall-Ġustizzja tal-pajjiż is-Sibt.

Zbigniew Ziobro qal li d-dokument, magħruf bħala l-Istanbul Convention kien qed jagħmel il-ħsara peress li l-iskejjel kienu rikjesti li jgħallmu lit-tfal dwar il-ġeneru (gender).

Qal li r-riformi li introduċa l-pajjiż fis-snin reċenti jipprovdu biżżejjed protezzjoni lin-nisa.

Eluf ta’ nisa pprotestaw kontra din il-mossa f’diversi bliet madwar il-Polonja. Waħda mill-organizzaturi tal-protesti qalet li l-għan tal-gvern huwa li jillegalizza l-vjolenza domestika.