Issir protesta fiċ-ċentru ta’ Ħal-Safi; persuni arrestati

Aġġornat 09:30 AM

Read in English.

Għadd ta’ pulizija ntbagħtu lejn iċ-ċentru ta’ Ħal Safi wara li għadd ta’ immigranti bdew jipprotestaw. Dan wassal għal xi arresti.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li t-Tnejn filgħaxija għadd ta’ pulizija tal-RIU marru fuq il-post. Il-pulizija spjega li r-rapport dwar ‘rewwixta’ daħlilhom għall-ħabta tas-7.30pm. B’hekk il-Pulizija marru fuq il-post biex jassistu lill-ħaddiema taċ-ċentru.

Il-ħidma wasslet għall-arrest ta’ xi persuni, l-għadd eżatt ta’ dan għadu mhux magħruf. Intant jidher li ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.

Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm xi ħruq jew ħsarat estensivi fiċ-ċentru. Jidher li ntalbet ukoll l-assistenza tar-Rapid Intervention Unit (RIU).