​Issir infermiera fl-isptar li salvalha ħajjitha mill-kanċer

Żagħżugħa ta’ 24 sena, li rebħet lill-kanċer darbtejn, saret infermiera fl-istess sptar fejn irċeviet il-kura.
Montana Brown, bdiet taħdem bħala infermiera f’sala tat-tfal f’Atlanta, f’Georgia fl-Istati Uniti.
Il-kanċer kien ħarġilha meta kellha sentejn, u mill-ġdid ta’ 15-il sena.
Wara l-ewwel jum tagħha bħala infermiera, Brown esprimiet l-eċitament tagħha fuq Facebook. Stqarret li qatt f’mitt qamar ma kienet taħseb li ta’ 24 sena se tkun qed tagħmel dak li tħobb, imbagħad fl-istess sptar fejn irċeviet il-kura.