Issiġillati 5 irziezet minħabba bajd ikkontaminat

Ħames irziezet tat-tiġieġ ġew issiġillati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa wara li mit-testjiet ħareġ li kellhom bajd bit-traċi tal-pestiċide tal-fipronil.
Id-Direttur Ġenerali tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li dawn l-irziezet se jibqgħu magħluqa sakemm isiru aktar testijiet.
Ilbieraħ l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li mit-testijiet ħareġ li minn sample ta’ 20 bajda(14 ippakkjati Malta u sitta importati) li nġabru mill-ħwienet kienu kkontaminati mill-fipronil.
Dr Gauci qalet li qed isiru testijiet fis-36 razzett tat-tiġieġ li hawn fil-gżejjer Maltin.
Il-bajd ikkontaminat li ġie minn barra ġew mill-Italja, li skont l-awtoritajiet Taljani ma kellhomx marka Taljana.
Hija spjegat li qed jittieħdu dawn il-miżuri bħala prekawzjoni għax mit-testijiet lisaru ħareġ li l-ammonti ta’ kimika misjuba fil-bajd lokali ma jlaħħqux il-livelli ta’ tossiċità. 

Ritratt: Ian Noel Pace