Issalva minn abort – Tappella lill-Maltin ikunu favur il-ħajja

Dwar id-dibattitu li għaddej bħalissa dwar l-iffriżar tal-embrijuni, Gianna qalet li l-embrijun ifisser ħajja u li għaldaqstant għandu dejjem ikun protett.
Gianna Jesson, ta’ 38 sena, li salvat minn abort, se tkun Malta din il-ġimgħa u se tipparteċipa fir-Rally4Life li se jsir nhar il-Ħadd li ġej fis-2.00 ta’ waranofsinhar ħdejn Kastilja.
Gianna, hi waħda mill-iktar kelliema pubbliċi prominenti kontra l-abort. Meta ommha, li kellha biss 17-il sena, ppruvat tagħmel abort fl-1977, l-abort ma rnexxiex, u Gianna għadha ħajja sal-lum.
Minkejja li l-abort ma rnexxiex, Gianna twieldet b’diżabilità minħabba li għamlet 18-il siegħa f’kimika li suppost kellu jeqridha meta ommha kellha seba’ xhur u nofs tqala. Iżda hi dejjem tinsisti li mhijiex vittma, imma hi kuntenta ħafna li hi ħajja.