Issakkar barra u pprova jaqbeż għal ġol-gallarija; weġġa’ gravi

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular fis-Swieqi.

L-inċident ġara fl-4.15pm fi Triq C. Troisi.

It-Taljan ta’ 34 sena waqa’ għoli ta’ madwar sular. Huwa waqa’ wara li prova jaqbeż mit-tieqa tal-komun għall-gallarija tal-propjetà tiegħu minħabba li kien issakkar barra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar
għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.