Issa x’għamlu tal-Happy School?

Tfal Għawdxin li jattendu l-Iskola Primarja tar-Rabat, magħrufa wkoll bħala l-Happy School, kellhom iċ-ċans li jħallu l-imwejjed u s-siġġijiet tagħhom, u għal ftit tal-ħin jesprimu ruħhom permezz tal-arti.
Minn dan l-eżerċizzju ħarget il-wirja Legends with Legs fiċ-Ċentru Kulturali fiċ-Ċittadella.
It-tfal kellhom l-opportunità li jiskopru tliet leġġendi Għawdxin u jgħadduhom lil kull min iżur il-wirja permezz tat-tpinġija, mużika u drama.
Il-proġett kien ibbażat fuq dawn il-leġġendi: Sansuna, tal-Gawgaw u Atlantis, li nkitbu b’Ingliż mexxej, addattat għall-udjenzi żgħar.
Għall-inawgurazzjoni tal-wirja tal-proġetti kien hemm preżenti l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.
Jekk tixtieq tara b’għajnejk dak kollu li ħareġ minn dan il-proġett, il-wirja se tibqa’ miftuħa sas-7 ta’ Jannar 2018.
Ritratti: Joe Grech