Issa tista’ tixtri l-klieb b’mod ieħor

Jekk hemm xi ħaġa li kulħadd jgħożż mit-tfulija tiegħu hi l-logħba tal-monopoly. Logħba li b’xi mod kulħadd esperjenza xi darba jew oħra u qatta’ siegħat jilgħab ma’ sħabu jew familjari u li xi kultant anke ħolqot tensjoni bejn l-akbar grupp tal-ħbieb.

Hi logħba tajba ħafna li fiha titgħallem jew tesperjenza xi ftit kif tonfoq il-flus u tgħaddi ftit ħin mal-ħbieb. Wara li tul is-snin ħarġu diversi verżjonijiet ta’ din il-logħba, inkluż Monopoly Malta, issa ħarġet verżjoni ġdida bl-isem Dog-opoly.

Il-proċess tal-logħba hu eżatt bħal kwalunkwe verżjoni oħra, bid-differenza li minflok bini jew lokalitajiet magħrufa tixtri l-klieb u minflok sempliċiment ‘Go’ fil-bidu jkollok ‘Go Fetch’ u minflok tispiċċa ‘ħabs’ tmur il-‘kennel’.

Dog-opoly ġiet milqugħa tajjeb ħafna mill-pubbliku hekk kif saħansitra fuq is-sit Amazon ingħatat 4.6 stilel minn ħamsa.