Issa tista’ titrasferixxi l-karozza onlajn

Minn għada 11 ta' April, l-aġenti u brokers tal-assigurazzjoni awtorizzati se jkunu jistgħu jipproċessaw it-trasferimenti ta' sid ta' karozza onlajn. B'hekk, sid il-karozza ma jkollux bżonn imur l-uffiċju ta' Transport Malta biex jingħata dan is-servizz.
Din is-sistema se tkun introdotta minn Transport Malta, b'kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Assigurazzjoni f'Malta, bl-għan li t-trasferiment ikun iktar effiċjenti u konvenjenti billi titnaqqas il-burokrazija.
Iktar informazzjoni tista' tinkiseb fuq fuq www.transport.gov.mt jew Freephone 8007 2393.