Issa tista’ tippassiġġa fuq l-irdum ta’ Ħad Dingli mingħajr periklu

Il-proġett fuq l-irdumijiet ta’ Ħad Dingli, li kien jikkonsisti f’bini ta’ bankina biex persuna tkun tista’ tippassiġġa mal-irdumijiet mingħajr periklu, tlesta u issa jista’ jibda jitgawda mill-pubbliku.
Il-bankina hija twila 2 kilometri u wiesgħa metru u nofs. Barra minn hekk ġew irrestawrati l-ħitan tas-sejjieħ b’tali mod li ġie rispettat il-karattru ta’ dan is-sit.
Waqt l-inawgurazzjoni tal-proġett il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li l-Gvern se jaħdem għal aktar proġetti simili li minnhom igawdi l-poplu.
Ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern se jniedi proġett ieħor fin-nofsinhar ta’ Malta filwaqt li diversi proġetti bħall-proġett ta’ Bormla, il-Parlament il-ġdid u Sant Jiermu se jiġu fi tmiemhom.
Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u l-Presidenza Ewropea 2017 spjega li l-Fond għall-Iżvilupp Rurali qed ikun ta’ importanza biex żoni rurali jitgawdew aktar minn Maltin u t-Turisti.  
Semma kif il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej qed jalloka fondi biex toroq fl-irħula rurali ikunu aktar aċċessibli għall-bdiewa u anke għal min iżurhom.