Issa tista’ tibqa’ tagħti d-demm sa meta tgħalaq 66 sena

Is-Servizz tat-Trasfużjoni tad-Demm ħabbar li wara tibdil fir-regoli, issa wieħed jista’ jibqa’ jagħti d-demm sal-jum li fih jagħlaq 66 sena.

Dan ħabbru fi stqarrija fejn ġie spjegat li minbarra l-età hemm fatturi oħra li jiddeterminaw jekk wieħed jagħtix demm jew le, partikolarment is-saħħa tad-donatur.

Dawk li huma f’saħħithom u jixtiequ li jersqu biex jagħtu d-demm jistgħu jagħmlu dan:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8am sas-6pm (l-aħħar dħul fis-6:00pm).
  • fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju bejn it-8.30am u s-1pm se jkun fi Pjazza Medjatiċi Ħaż-Żabbar.
  • fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex li nhar Il-Ħadd 23 ta’ Ġunju se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8am sas-1pm (l-aħħar dħul fis-1pm).

Huwa importanti li qabel wieħed jagħti d-demm jiekol u jixrob, kif ukoll iġib il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti. Possibbilment wieħed  għandu jħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.