Issa tista’ tħallas l-ispejjeż tal-Qorti onlajn

Wara li tnediet miżura tal-Gvern, issa wieħed jista’ jħallas spejjeż tal-Qorti onlajn.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ġustizzja qal li ġiet implimentata miżura ġdida mid-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja biex ħlasijiet tar-Reġistru tal-Qrati Ċivili jibdew isiru onlajn.
Wara li tintemm kawża, ir-Reġistratur joħroġ it-taxxa tal-kawża u meta jkun għad fadal bilanċ x’jitħallas lill-qorti tas-servizzi li jkunu ingħataw, jinħareġ il-kont li jintbagħat lil min ikun fetaħ il-kawża.
Għal aktar dettalji tista’ tagħfas hawn.