Read in English.
Il-kumpanija Simliner Malta se tkun qed toffri l-opportunità lill-pubbliku u lill-kumpaniji biex jagħmlu użu mill-faċilitajiet tagħhom ta’ simulators tal-ajruplani.
Dalgħodu l-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat inawgura l-flight simulator ta’ Simliner Malta f’Ħal-Luqa. Din il-kumpanija toffri taħriġ ibbażat fuq l-ajurplan tat-tip A320.
Waqt id-diskors tiegħu, Muscat qal li dan is-simulator mhux se jiddependi biss fuq il-linja tal-ajru Air Malta. Spjega li permezz ta’ din il-pjattaforma, Malta se tattira piloti mill-aqwa linji tal-ajru madwar id-dinja.
Il-kelliema għall-Simliner Malta qalu li meta l-apparat ma jkunx qed jintuża mill-piloti, hemm possibilità li jkun jista’ jibda jintuża’ mill-pubbliku u mill-kumpaniji. Il-post jinsab ħames minuti ‘l bogħod mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.