“Seren anke waqt it-tbatija” – Fr Clive dwar Thomas

Fr Clive Camilleri sostna li kull meta ltaqa’ ma Thomas seta’ jara kif minkejja s-sofferenza li kien għaddej minnha ċ-ċkejken, wiċċu dejjem wera serenità.

Dan qalu waqt l-omelija fil-quddiesa tal-funeral ta’ Thomas li miet fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda. Hu kien wasal biex jgħalaq sentejn u miet minħabba li kien marid. Fr Camilleri ltaqa’ ma Thomas għall-ewwel darba f’Lulju ta’ sentejn ilu. Sostna li jħossu onorat li kellu l-opportunità li jsir jafu. Qal li meta kien iżuru l-isptar kien jara l-għajja tal-ġenituri u l-qraba tiegħu, madanakollu kienu mimlijin kuraġġ u ta’ eżempju għal ġenituri oħrajn.

Kompla jgħid kif Thomas kien ta’ eżempju għal kull persuna li ltaqgħet miegħu kemm fl-isptar, jew x’imkien ieħor. Sostna li llum, Thomas qed jappella sabiex il-ġenerożità li saret miegħu tkompli għaddejja sabiex tgħin persuni oħrajn bħalu.

Fr Camilleri qal li minkejja li lil Thomas ma jistgħux jarawh aktar, se jibqa’ ħaj grazzi għat-tbissima tiegħu u l-eżempju tas-simpliċità tiegħu.

Filwaqt li indirizza lill-ġenituri ta’ Thomas, Alexander u Denise, Fr Camilleri sostna magħhom li għamlu dak kollu li setgħu għal binhom, bkew meta beka, daħku meta daħak. Sostna li minkejja li jaf li dan huwa mument diffiċli għal kull ġenitur, Thomas issa nħeles minn kull sofferenza u uġiegħ u bla dubju ta’ xejn qiegħed igawdi l-ħajja eterna.

“Issa nħlist mill-uġigħ”; Illum il-funeral ta’ Thomas

Illum sar il-funeral taċ-ċkejken Thomas li għall-aħħar xhur kien milqut minn marda kifra. Bosta kienu dawk li esprimew dieqa għat-telfa taċ-ċkejken li kien wasal biex jgħalaq biss sentejn, madanakollu tennew li issa nħeles mill-uġigħ.

Il-funeral ta’ Thomas sar fil-Knisja tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema u beda fis-1pm. Kulħadd intalab jilbes ħwejjeġ ikkuluriti u l-ġenituri talbu sabiex ħadd ma jilbes l-iswed. Intant appellaw sabiex min irid jesprimi s-simpatija tiegħu jista’ jagħti donazzjoni lil Puttinu Cares sabiex ikunu jistgħu jgħinu aktar persuni.

Mass, celebrating the life of baby Thomas will be held tomorrow 29.04.19 at Sliema Sacro Cuor church at 13.00.Our wish…

Posted by Our Baby Star Thomas on Sunday, April 28, 2019

L-aħbar tal-mewt tat-tifel ħarġet propju lbieraħ fuq il-paġna tal-Facebook iddedikata għaċ-ċkejken “Our Baby Star Thomas” fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda. Bosta semmew kemm il-ġenituri ta’ Thomas, Alex u Denise Spinoche ħadmu bis-sħiħ sabiex binhom jirċievi t-trattament kollu meħtieġ u jippruvaw jipproteġuh mill-marda li ħakmitu.

Our baby Thomas has gained his wings. He’s finally free from all his pain. We would like to thank you all for your support

Posted by Our Baby Star Thomas on Saturday, April 27, 2019

X’qed jgħidu l-messaġġi għal Thomas fuq il-midja soċjali?

What a sad Day, was shocked last night when I heard the news. RIP angel – baby Thomas 💔 You were A HIE fighter.Ghal…

Posted by Christian Azzopardi on Sunday, April 28, 2019

Baby Thomas ħalliena. Kont għamilt UMANI u stejjer fuqu fejn l-imħabba tal-ġenituri baqgħet timpressjonani. Nitolbu għall-ġenituri. Kuraġġ Denise Spinoche u Akexandru.

Posted by Maria La Barokka Muscat on Saturday, April 27, 2019