“Issa naf min kien il-wejter favorit tiegħi” – klijenta dwar Nolan

Vecchia Napoli Skyparks / Facebook

Diversi nies urew id-dispjaċir tagħhom fuq Facebook bil-mewt taż-żagħżugħ ta’ 21 sena, li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku bil-mutur dalgħodu. Fost dawn, kien hemm anke stranġieri li kkummentaw, li waħda minnhom qalet li fl-aħħar taf x’jismu l-wejter favorit tagħha, li dejjem kien jaqdiha bi tbissima fuq fommu.

“Ix-xogħol mhux se jkun l-istess mingħajrek” – kollega ta’ Nolan

Nolan deher maħbub mhux biss mill-klijenti, imma anke mill-kollegi tiegħu fuq il-post tax-xogħol, b’waħda minnhom tikteb fuq Facebook li x-xogħol mhux se jkun l-istess mingħajru. Qalet li Nolan dejjem kien iġegħilhom jitbissmu.

Ir-restorant fejn jaħdem Nolan illum għalaq għall-kumplament tal-ġurnata b’turija ta’ rispett lejn iż-żagħżugħ.

Nolan , qas nista nemmen . Habib fejn qatt ma jieqaf jghamilek tbissima fuq wiccek. Ghadni niftakar lewwel gurnata li…

Posted by Sarah Grech on Thursday, December 27, 2018

“L-Għaqda tal-Abbatini tirringrazzjak”

Nolan kien involut fil-parroċċa, fl-Għaqda tal-Abbatini u anke fiċ-ċentru taż-żgħażagħ. Ħafna kkummentaw li n-nuqqas tiegħu se jinħass sew f’dawn iċ-ċrieki.

Is-Siġġiewi tilef wieħed minn uliedu. Kien f'waħda mill-klassijiet li konna għallimna fiha fi żmien l-abbatini. Kien…

Posted by Nicholas Briffa on Thursday, December 27, 2018

Hdimna flimkien u konna minn dejjem hbib u gili intfajna najdu kelma. Kont bniedem sew hafna u ta qalb tajba siehbi. Strieh fis-sliem habib u kondoljanzi lil familja.

Posted by Luke Calleja on Thursday, December 27, 2018

Hallejtna kmieni siehbi.. niftakar qisu lbierah nohorgu ma tal muzew immorru l bahar u min jghoddos l aktar. Till we meet again bro xxxx rest in peace. ❣️💔

Posted by Darren Aquilina on Thursday, December 27, 2018

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi wkoll wera l-kondoljanzi tiegħu mal-familja ta’ Nolan.

F'isem il-Kunsill Lokali u l-komunità Siggiwija naghtu l-kondoljanzi lill-familja ta' Nolan Farrugia, f'dan l-mument difficli.

Posted by Kunsill Lokali Is-Siġġiewi on Thursday, December 27, 2018