Issa jwaħħlu fil-PN…

Il-każ ta’ attentat ta’ ħtif ta’ tarbija f’Birżebbuġa.
Il-Pulizija tinvestiga.
Kritika għall-omm li ma messhiex qalgħet għajnejha minn fuq binha.
L-istazzjon nazzjonali jgħid li din l-aħbar hija fake news.
Sid il-ħanut jgħid li ma ġratx fuq għatbietu. Forsi ma jridx inkwiet?
Uħud xettiċi dwar il-filmat tas-CCTV li xxandar.
Din tal-fake news tkompli tressaq it-tiben lejn in-nar. Wasslet għal splużjoni ta’ kummenti fuq Facebook.
Il-kritika għall-omm issa tieħu triq differenti: Mhux li ma tatx kas lil bintha, imma…

Għal xi għorrief fuq il-midja soċjali, il-Pulizija qed taħli l-ħin u r-riżorsi għax:

Każ ta’ tħassib għall-ommijiet, spiċċa ballun politiku minn dawk li jagħżlu li jużaw il-Facebook, biex jimbuttaw xi karru.

Membri tal-familja jwieġbu l-kummenti tan-nies, fosthom in-nannu tat-tarbija.  Imweġġa’.
Persuni qrib tal-familja jgħidu li l-istazzjon nazzjonalil weġġagħhom meta qal li l-każ tagħhom huwa vvintat.

Il-kummenti jibqgħu għaddejjin:

 

Imma ġenituri oħra jagħmlu l-kuraġġ u jitkellmu huma wkoll dwar l-esperjenzi tagħhom.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha tibda…
…imma l-verdett diġà ngħata mill-pampaluni fuq Facebook!