Issa iżjed faċli biex tmur Londra

EasyJet se tkun qed toffri titjira ġdida minn u lejn l-ajruport ta’ Southend f’Londra.
Fi stqarrija, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar li l-ewwel titjira minn dan l-ajruport waslet f’Malta lbieraħ filgħaxija.
Is-servizz il-ġdid se jkun offrut darbtejn f’ġimgħa.
B’kollox, mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jitilqu u jaslu titjiriet minn sitt ajruporti differenti f’Londra.
Il-vjaġġ minn Southend għaċ-ċentru ta’ Londra permezz ta’ ferrovija jieħu  madwar siegħa jew inkella sagħtejn b’servizz ta’ kowċ.
Is-sena li għaddiet, mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malat għaddew madwar 730,000 passiġġier minn Londra.