Issa huwa aktar faċli li ssiefer minn Malta fl-ewwel klassi mal-Emirates

L-Emirates qed toffri l-opportunità lil min isiefer minn Malta biex jgħix il-ħolma tiegħu u jmur f’iżjed minn 50 destinazzjoni madwar id-dinja fil-lussu, bi prezzijiet imraħħsa. Għal żmien limitat, l-Emirates qed toffri opportunità esklużiva li biha tista’ tgawdi esperjenza lussuża fl-Ewwel Klassi tal-linja tal-ajru.

Id-destinazzjonijiet jinkludu għadd ta’ pajjiżi eżotiċi bħal Bali, Phuket, il-Maldivi, Mauritius u s- Seychelles.

Meta ssiefer fil-kategorija tal-Ewwel Klassi tal-Emirates, fost l-oħrajn, tinġabar mid-dar u titwassal direttament l-ajruport, tgħaddi mill-Fast Track sal-gate, tkun tista’ tistrieħ fis-swali esklużivi tal-ajruport, tingħata prijorità biex titla’ abbord, u fuq l-ajruplan tintlaqa’ b’tazza xampanja. Matul it-titjira tkun tista’ tgawdi għażla ta’ nbejjed rebbieħa u xorb u ikel, bħal caviar, xampanja u cognac ultraesklużiv, kif ukoll firxa wiesgħa ta’ stazzjonijiet divertenti.

Kull min jivvjaġġa mal-Emirates jingħata attenzjoni personalizzata u jintlaqa’ fil-kumdità mill-kru multinazzjonali tal-kabina tal-Emirates. Barra minn hekk, igawdi s-sistema ice li tinkludi aktar minn 4,500 stazzjon tal-mużika u d-divertiment on-demand bl-aħħar films, filmati mużikali, logħob u avvenimenti mxandra dirett.

Din l-offerta fuq l-Ewwel Klassi tal-Emirates hija valida għat-titjiriet li jitilqu minn Malta fil-51 destinazzjoni indikati hawn taħt, sat-12 ta’ Diċembru 2019. It-titjiriet għandhom jiġu bbukkjati sal-14 ta’ Ottubru 2019. Dawk li jaħtfu din l-opportunità, ikunu jistgħu jiffrankaw sa €1,470 mit-titjira tal-Ewwel Klassi li jkun imiss.

Destinazzjoni Prezz (ewro)
Adelaide 6993
Auckland 7047
Ahmedabad 5174
Beijing 5251
Bangkok 5090
Bangalore 5185
Brisbane 7009
Bombay 4887
Guangzhou 5397
Kalkutta 5198
Cebu 5337
Christchurch 7046
Colombo 5900
Cochin 5176
Capetown 5265
Clark 5370
Dhaka 5031
Delhi 4872
Bali 5466
Dubaj 4441
Hanoi 5097
Hong Kong 5108
Phuket 5391
Hyderabad 5200
Islamabad 4967
Jakarta 5386
Johannesburg 5265
Kabul 4986
Karachi 4967
Kuala Lumpur 5119
Lahore 4967
Chennai 5174
Melbourne 6992
Il-Maldivi 5900
Manila 5379
Mauritius 5743
Osaka 5152
Perth 6991
Peshawar 4963
Phnom Penh 5408
Yangon 5331
Seoul 4701
Is-Seychelles 5708
Ho Chi Minh 5061
Shanghai 5096
Singapore 5525
Sialkot 4967
Sydney 7002
Taipei 5634
Thiruvananthapuram 5225
Tokyo 5150

Għal tagħrif ieħor jew biex tibbukkja l-vjaġġ tiegħek mal-Emirates, idħol fis-sit, ikkuntattja l-aġent tal-ivvjaġġar lokali tiegħek, jew mur fl-Uffiċċju tal-Emirates fl-Ajruport. Japplikaw xi termini u kundizzjonijiet.

Siefer bl-offerta esklużiva tal-Game Changer

Għal destinazzjonijiet bħall-Maldivi u Tokyo Haneda, tista’ ssiefer bil-Game Changer magħrufa tal-Emirates, b’First-Class suites uniċi żviluppati b’kollaborazzjoni mal-Mercedes-Benz. Dawn huma bħal kmamar magħluqa, bis-sliding doors mill-art sas-saqaf, u bi spazju sa 12m2. Is-suites huma mfasslin biex jipprovdu l-akbar livell ta’ kumdità u privatezza possibbli matul it-titjira. Is-seats jistgħu jitniżżlu u jinfetħu f’sodod komdi, u jinkludu l-karatteristika taż-Zero-gravity, ispirata mit-teknoloġija tan-NASA, li tgħinek tħossok ħafif inti u tivvjaġġa bl-ajruplan.

Dan il-kontenut mwassal minn Emirates / JP Advertising Ltd