Issa bil-monitor fuq l-istejġ!

Ritratt li bagħat qarrej ta' Newsbook.com.mt juri kif fin-Naxxar tqiegħed monitor antik fuq stejġ tal-linja. 
Skont dan il-qarrej, “konna ngergru fuq l-iskossi u s-sħana fuq tal-linja… gergirna fuq l-Arriva u l-bendy buses… Imm’issa ara ma tgergirx – għax anke għall-monitor ħasbulek!"
B'ton ċajtier qed jistaqsi wkoll jekk dan hux qed isir bi prova biex jibdew jiġu nstallati monitors fuq kull stejġ li tagħtik informazzjoni aġġornata kontinwament!
Dan il-qarrej jinsisti li wieħed għandu għal darba ikun grat lejn is-servizz tat-trasport pubbliku!
Ritratt fuq: info@newsbook.com.mt