Issa Beerwatch minbarra Baywatch?

Farsons Group permezz taċ-Cisk Lager, nieda kampanja pubblika fil-bajjiet favur ix-xorb b’responsabbiltà.
It-tim ta’ BeerWatch, Your Lifeguards for Responsible Fun se jkun qed jaqsam ideat utli mal-konsumaturi taċ-Cisk fil-bajjiet popolari ta’ Malta permezz ta’ flyer b’fatti relatati mal-birra u x-xorb b’mod responsabbli.
Il-flyer jinkludi wkoll kupun għal flixkun ilma b’xejn u kull min isarraf il-kupun jingħata nuċċali tax-xemx taċ-Cisk.
Barra minn din l-inizjattiva, se tinbena wkoll ‘Cisk Beer Hut’ fil-Farsons Beer Festival, li se jkun għaddej mit-28 ta’ Lulju sas-6 ta’ Awwissu fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, minn fejn il-konsumaturi jistgħu jiksbu l-informazzjoni fuq dan is-suġġett b’ċans li jirbħu wkoll BBQ kuljum matul l-10 ijiem tal-festival.
Dis-sena ċ-Cisk ngħaqdet mal-eCabs li se jkunu wkoll fil-Farsons Beer Festival u li se joffru skont ta’ €10 mill-kont, lil kull min jippreżenta dan il-flyer.
Din l-inizjattiva hi appoġġjata b’mod sħiħ mill-Malta Sense Group.