Issa anke Anna Faniello mfaħħra fuq X-Factor Global

Il-prova ta’ Anna Faniello, omm Claudia u Fabrizio Faniello, irċeviet ħafna kliem ta’ tifħir fuq X-Factor Global. Il-prova tagħha waqt il-Judges Houses spiċċat sabet ruħha fuq din il-paġna ta’ fama internazzjonali.

Il-paġna internazzjonali hija ċentru fejn bosta jistgħu jsibu wħud mill-aktar provi indimentikabbli li seħħew waqt il-programm televiżiv X-Factor minn madwar id-dinja kollha. Il-filmat s’issa rawh mal-212,000 persuna minn madwar id-dinja u rċieva mijiet ta’ likes, shares u kummenti.

Anna Faniello tinstema’ tkanta l-kanzunetta Taljana magħrufa Questo Piccolo Grande Amore ta’ Claudio Baglioni quddiem il-membru tal-ġurija Ray Mercieca u l-mistieden tiegħu Matthew James Borg. Mercieca għandu f’idejh it-tim tal-kantanti li għandhom ‘il fuq minn 26 sena.

POWERFUL Performance!

👏 POWERFUL performance on The X Factor Malta 2018 👏

Posted by X Factor Global on Friday, January 4, 2019