Isqof Niġerjan jakkjuża lill-Gvern li qed jaħdem għas-supremazija tal-Islam

L-Isqof Matthew Hassan Kukah, Bishop tad-djoċesi ta' Sokoto fin- Nigeria

Il-qtugħ ir-ras ta’ għaxar insara minn militanti Islamiċi sab il-kundanna qawwija ta’ Isqof Niġerjan li qed jakkuża lill-Gvern ta’ pajjiżu  li qed jadotta metodi differenti biex jikseb l-iskop tiegħu li fil-pajjiż ikun hemm dominanza Islamika.

Wara l-attakk ta’ Jum il-Milied imwettaq mill-fergħa tal-ISIS tal-provinċja tal-Afrika tal-Punent u akkakk ieħor lejlet il-Milied mill-Bako Haram, l-Isqof Matthew Hassan Kukah ta’ Sokoto wera li hu disgustat ħafna bl-awtoritajiet tal-pajjiż.

L-Isqof qal lill-apenzija Pontifiċja Aid to Church in Need li “l-unika differenza bejn il-Gvern u t-terroristi tal-Boko Haram hi li l-Bako Haram dejjem bil-bombi f’idejhom”.

Mons Kukah żied jgħid li “Qed jużaw il-poter biex jassiguraw is-supremazija tal-Islam bl-użu tal-vjolenza. Bis-sitwazzjoni fin-Niġerja kif inhi, il-gvern ma għandu ebda bażi morali biex  jegħleb lill-Boko Haram.

“Il-Gvern ħoloq kundizzjonijiet li jagħmluha possibbli lil Boko Haram biex jaġixxi bil-mod li joħolqu l-vjolenza fil-pajjiż,” qal l-isqof.

L-għada tal-Milied, l-ISIS ippublikaw video tal-qtugħ ir-ras ta’ għaxar insara u l-qtil ta’ Muslman b’tir ta’ arma tan-nar b’vendetta għall-qtil ta’ wieħed mill-mexxejja tagħhom mill-Amerikani f’Otturbu li għadda. Dan il-video ħareġ l-għada lil Boko Haramn wettqu attakk li fih qatlu seba’ persuni oħra.

In-Nazzjonijiet Uniti tistma li aktar minn 2.2 miljun persuna kellhom jitilqu minn djarhom minħabba l-azzjonijiet vjolenti tal-Boko Haram bejn l-2013 u l-2015 u qatlu madwar 11,000 persuna fl-istess żmien.

L-Isqof Kukah qal li l-Gvern Niġerjan qed jimpla pożizzjonijiet governattivi importanti b’Musulmani ħorox u b’hekk qed jappova l-ħidma ta’ gruppi bħal Boko Haram.

Żied jgħid li “jekk in-nies tal-poter ma jaħdmux biex jinegraw lill-insara, ikunu qed jaħtu l-ossiġnu lill-Islamiiżmu. Jekk ikollox pajjiż fejn kulħadd fil-poter  hu Musulman, tkun qed ixxettel l-idea li l-Islam hu suprem”.

L-isqof akkuża lill-pajjiżi tal-Punent li huma kuntenti jisfruttaw ir-riżorsi tal-Afrika iżda mhux lesti jiddefendu lill-poplu Afrikan.

Mons Kukah qal li l-“pajjiżi tal-Punent mhux qed jagħmlu biżżejjed. Qed juri li għalihom ir-riżorsi natural li hemm fl-Afrika huma aktar importanti mill-persuni umani. Żgur li dawn il-pajjiżi setgħu jnaqqsu l-influwenza tal-Boko Haram bi 80% jew 90% – iżda ma għamlu xejn apposta”.

Hu qal li l-unika ħaġa li qed iżżomm lin-Niġerja milli tinqabad fi gwerra ċivili hi l-paċi li joffri il-Kristjaneżmu.

“L-insara għandhom raġun iħossu nuqqas ta’ sigurtà u jħossuhom emarġinati mill-proċess politiku. Kieku l-prinċipji tar-reliġjon tagħna kienu differenti, kieku sal-lum għandna gwerra ċivili.

“Hi r-reliġjon tagħna li żammet dan milli jseħħ. Diffiċli tippriedka l-paċi fil-kuntest li qed ngħixu fih.  Kollox jiddependu minn kif jirreaġixxu l-insara. Aħna mhux se nużaw vjolenza, imma x’se nagħmlu?” staqsa l-Isqof.