Isqof Malti għal Darwin fl-Awstralja

Read in English.

Il-Papa Franġisku appunta lir-Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci bħala l-Isqof tad-Djoċesi ta’ Darwin fl-Awstralja.

Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci bħalissa huwa l-amministratur tal-Katidral ta’ Adelaide.

Hu twieled f’Malta fl-1952 u mar l-Awstralja meta kellu 12-il sena. Ġie ordnat bħala qassis fl-1977.

Rev. Gauci huwa l-Kapillan Nazzjonali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.).

Rev. Gauci jiġi n-neputi ta’ Dun Joe Gauci Sacco.

Huwa serva fil-paroċċa ta’ Hectorville, Woodville, Elizabeth North u Elizabeth South, Noarlunga-Seaford, Willunga-Kangaroo Island, Victor Hector Goolwa Island u Noarlunga-Seaford-Willunga.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarji-elett Joseph Galea-Curmi jifirħu lil Dun Charles Victor Emmanuel Gauci, għall-ħatra mill-Papa Franġisku ta’ Isqof tad-Djoċesi ta’ Darwin fl-Awstralja. L-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit-talb għall-Isqof-elett biex il-Mulej jagħtih l-għajnuna f’din il-missjoni ġdida tiegħu.