Isqof jopponi t-twaqqif ta’ għajnuna li tgħin pazjent lejn tmiem il-ħajja

Read in English.

Fl-Ingilterra issa m’għandekx bżonn permess tal-Qorti biex jitneħħew tubi li jgħaddu l-ikel u l-ilma lil pazjenti li jkunu fi stat velġetattiv permanenti. Hekk iddeċidiet il-Qorti Suprema Ngliża nhar it-Tnejn li għadda.

Sa ftit ilu il-Qorti kienet tkun konsultata f’każi bħal dawn u l-proċess jieħu x-xhur u kultant anke snin. Imma issa jekk it-tobba u l-familja jaqblu, l-ikel u l-ilma jistgħu jitneħħew.

“Ħadd ma għandu jissottovaluta l-isfidi li jkollhom il-familji u l-professjonisti mediċi meta persuna tkun fi stat veġetattiv permanenti.  Dawn il-familji jkollhom bżonn appoġġ pastorali kbir. L-ikel u x-xorb b’mod artifiċjali m’humiex trattament mediku”, qal l-Isqof John Wilson mill-arċidjoċesi ta’ Westminster.

“L-ikel u x-xorb ma jfejjqu xejn f’persuna fi stat veġetattiv persistenti. Iżommu l-persuni ħajja bħala parti mill-kura bażika. Ma jħallux lill-persuna tmut bil-ġuħ jew għax jinxtorbilha l-ilma ta’ ġisimha”, qal l-Isqof fi stqarrija.

Hu qal li persuna fi stat veġetattiv permanenti ikollu perjodi alternattivi ta’ konoxxenza u ma jkunux qed imutu imma jibqgħu dipendenti fuq il-kura medika.. Il-persuna tieħu n-nifs mingħajr għajnuna u jkollha perjodi fejn tkun rieqda u oħrajn fejn tkun imqajjma iżda esternament ma juru ebda reazjoni.

Meta pazjent ikun wasal fl-aħħar ta’ ħajtu m’għandux ikun mgħobbi bi trattament mediku eċċessiv u l-Isqfijiet Ingliżi jammettu li l-isfors li tpoġġi jew tibdel tubu li jgħaddi l-ikel jista’ jkun eċċessiv u jġib tbatija għall-marid.

“Dak li moralment hu inaċċetabbli hu li twaqqaf it-tubu tal-ikel u trattament ieħor li jgħin il-ħajja, proprju biex ittemm kif il-ħajja.  Dan ma jibqax twaqqif raġjonevoli ta’ trattament mhux proprju imma jsir ewtanasja passiva” qal l-Isqof Wilson. “Il-persunifi stat veġetattiv permanenti huma fost l-aktar persuni vulnerabbli”, temm l-Isqof.