Isqof jappella għal investigazzjoni indipendenti dwar mewġa ta’ qtil fil-Filippini

L-Isqof Broderick Pabilo talab għal investigazzjoni indipendenti dwar mewġa ta' qtil fil-Filippini

L-Isqof Awżiljarju ta’ Manila fil-Filippini, Broderick Pabillo, nhar it-Tnejn li għadda sejjaħ għal investigazzjoni indipendenti dwar il-mewġa ta’qtil fiċ-ċentru tal-pajjiż.

Skont l-Aġenzija tal-Aħbarijiet tal-isqfijiet Filippini, l-Isoqf qal li l-mewġa ta’ vjolenza f’Negros titlob azzjoni mmedjata biex issir ġustizzja mal-vittmi.

Hu qal li investigazzjoni bħal din ma tistax titħalla f’idejn il-pulizija tal-Filippini jew il-Forzi Armati tal-pajjiż għax huma stess implikati f’dan il-qtil.

Ix-xahar li għadda 15-il persuna nqatlu fil-provinċja ta’ Negros wara li fit-18 ta’ Lulju, erba’ uffiċjali tal-pulizija nħatfu minn rivelli komunisti.

Skont il-pulizija, f’Marzu li għadda inqatlu mill-anqas 14-il persuna, suppost ribelli, fi ġlied mal-forzi tas-sigurtà. Iżda attivisti favur id-drittijiet umani qalu li dawk maqtula mhux veru kienu ribelli imma bdiewa sempliċi.

Tixrid ta’ demm

“F’Negros bħalissa hemm ħafna tixrid ta’ demm.  Dan ma għandux ikompli. Dan il-qtil għandu jieqaf”, sostna l-Isqof Pabillo.

Gruppi favur id-drittijiet umani isostnu li nqatlu aktar minn 87 persuna ċivili li nqatlu fir-reġjun ta’ Negros mill-2017 meta l-Gvern intensifika l-kampanja tiegħu kontra r-ribelli.

L-Isqof beda jiġbor petizzjoni dwar dan il-qtil f’Negros li se tintbagħat lill-partijiet kollha u lil kulmin jista’ jagħmel xi ħaġa biex jieqaf dan il-massakru.

Din il-Petizzjoni li dwarha qed  qed taħdem ukoll Soru Benedittina u ex Senatur, qed tħeġġeġ lill-Filippini biex jibqgħu sodi fil-ġlieda tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem u d-dinjita’ umana.

Huma wissew lill-Presidnet Duterte biex ma joqgħodx jinċita lill-frozi armati biex jirritaljaw kontra allegati atroċitajiet mir-ribelli għax qal li dan jista’ jwassal “għal aktar qtil bl-addoċċ u jkabbar il-vjolenza”.