Isqof ibierek saċerdot fil-kwarantina tal-ebola

Fr Lucien Ambunga, saċerdot mill-Congo tpoġġaf’kwarantina wara li nstab pożittiv għall-ebola. Rapporti qalu li l-qassis ħa din il-marda wara li mar jassisti raġel li kien qed imur bl-istess marda.
Waqt li kien miżmuim f’iżolament, l-Isqof Fridolin Ambongo ta Mbandaka-Bikoro mara jarah minn wara xibka tal-ħadid għax ma setax jersaq lejh u talab għalih.  Xi ħadd kien pront ħa ritratt ta’ din ix-xena u poġġih fuq Twitter u fi ftit siegħat ir-ritratt ratu d-dinja kollha’ Sadattant il-qassis reġa’ kien eżaminat mit-tobba u nstab li kien ħeles mill-ebola u allura nħareġ mill-kwarantina.
S’issa l-marda tal-ebola li tfaċċat fir-Republika Demokratika tal-Congo diġa’ ħalliet 25 vittma fil-belt ta’ Mbandaka fejnn hemm jgħixu aktar minn miljun persuna.
L-aġenzija tal-Konferenza Episkopali Ngliża li tgħin f’emerġenzi barra mill-pajjiż, ippublikat stqarrija mid-Direttur tal-Caritas fi Mbandaka lii qal li l-organiżazzjoni kattolika diġa’ għandha erba’ timijiet ta’ tobba jaħdmu f’Bikoro, Ntondo, Itipo-Iboko u f’Ingende.  Żewġ timijiet oħra qed jimmonitorjaw is-sitwazzjoni fl-irħula tal-qrib, fosthom Irebu u Lukolela.
It-tobba qed jikkonċentraw l-isofrzi tagħhom għall-prevenzjoni tal-ebola u jassigura li l-ilma jkun nadif u tajjeb għax-xorb,, l-iġjene u l-komunikazzjoni u biex jagħmlu dan għandhom bżonn l-involviment tal-qassisin, sorijiet, patrijiet, għalliema u nfermiera biex jaħdmu fil-postijiet milquta mill-marda.