Isqof iwaqqaf il-bini ta’ xibka kontra l-immigranti fuq art tal-Knisja

L-Isqof Awstijak Ägidius Zsifkokvics ma aċċettax li tittella’ xibka kontra l-immigranti fuq propjetà tal-Knisja.
Il-Gvern Awstrijak kien qed jippjana li jtella’ xibka mal-fruntiera mal-Ungerija bl-għan li jżomm lill-immigranti milli jaqsmu lejn il-pajjiż.
L-Isqof qal li mhux se jaċċetta din il-prattika fuq propjetajiet tal-Knisja tad-Djoċesi tiegħu, għax dan imur kontra t-tagħlim tal-Knisja u kontra dak li għadu kemm priedka dwaru l-Papa Franġisku f’Lesbos.
F’ittra lill-Awtoritajiet tal-pajjiż, l-Isqof Awstrijak qal li l-pjani tal-Gvern li jtella’ dawn ix-xbieki jistunaw sew fi djoċesi li għexet għall-żmien twil “fid-dellijiet tal-Purtiera tal-Ħadid”.