Isqfijiet fil-Filippini inkwetati li l-qassisin qed jitolbu liċenzji biex iġorru l-armi

gun

Read in English.

Wara li f’dawn l-aħħar xhur inqatlu tliet saċerdoti fil-Filippini, 250 impjegat tal-Knisja, fosthom 188 qassis Kattoliku applikaw għal-liċenzja biex ikunu jistgħu jġorru fuqhom arma tan-nar.  Dan qed jinkwieta bis-sħiħ lill-Konferenza Epsikopali tal-pajjiż.

L-Arċisqof Romulo Valles qal li tkun qassis fil-Filippini ifisser li taċċetta l-possibiltà li tinqatel waqt li qed tagħti servizz. “Aħna nies t’Alla, nies tal-Knisja u hi parti mill-missjoni tagħna li niffaċċjaw il-periklu, saħansitra l-mewt.”

Il-qassisin qed jgħidu li fit-tagħlim tal-Knisja ma hemm xejn li jipprojbixxi lil xi ħadd milli jiddefendi ħajtu, anke jekk dan jirriżulta fil-mewt tal-aggressur. Il-Liġi Kanonika tal-1917 ma kinitx tippermetti saċerdoti li jġorru armi ħlief f’każi ta’ periklu reali, imma l-Kodiċi aġġornat fl-1983 ma jagħmel ebda projbizzjoni.