​“Ispirani d-diskors tal-President ta’ Malta”

Antropologa mill-Università ta’ George Mason, Susan Hirsch qalet li ġiet ispirata mid-diskors lin-nazzjon li għamlet il-President ta’ Malta f’Jum ir-Repubblika.
Waqt taħdita organizzata mill-Fondazzjoni għall-Għajxien Tajjeb, Susan Hirsch qalet li l-esperjenza u r-riċerka jikkonfermaw li l-użu ta’ lingwaġġ qawwi u negattiv jagħmilha iktar diffiċli biex persuni jitkellmu dwar materji li jqisu bħala importanti għalihom.
Indirizzat ukoll lil dawk preżenti l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca fejn qalet li r-rispett, l-inklużjoni u s-solidarjetà huma  s-sisien tal-għaqda u l-paċi.
Qalet li l-użu ta’ lingwaġġ li jiżra’ l-mibgħeda jwassal għal soċjetà iktar dgħajfa.
Il-President saħqet li għandu jintuża lingwaġġ moderat anka f’diskussjonijiet fejn ikun hemm diverġenżi qawwija fl-opinjonijiet.