Isostnu li nkisrulhom id-drittijiet wara li twaqqfu minn fejn kienu qed jitolbu

Fil-Qorti ntqal li żewġ appartamenti li kienu qed jintużaw minn Musulmani għat-talb ma kellhomx il-permessi meħtieġa.
Uffiċjal tal-MEPA xehed fil-każ li sebat irġiel fetħu kontra l-Kummissarju tal-Pulizija u ċ-Ċermen tal-MEPA u qal li iż-żewġ postijiet, wieħed f’Tas-Sliema u ieħor f’Buġibba huma appartamenti residenzjali.
Intqal li nħarġu avviżi ta’ infurzar peress li l-appartamenti kienu qed jintużaw f’postijiet fejn jinġabru n-nies u għalhekk kien jeħtieġ li l-Awtorità toħroġ permess ġdid.
Il-każ imur lura għall-2009 u l-irġiel qed isostnu l-avviż tal-MEPA jiksrilhom id-drittijiet fundamentali u għalhekk qed jitolbu kumpens.
Il-każ se jkompli f’Marzu li ġej.