Isostni li nkisirlu d-dritt għal smigħ xieraq

Raġel ta’ 43 sena mis-Siġġiewi li f’Settembru kien ingħata s-sentenza ta’ sitt xhur priġunerija u mmultat €800 b’rabta mat-traffikar tad-droga qed jappella mis-sentenza u qed isostni ma nkisirlu d-dritt għal smigħ xieraq.
Ir-raġel qed isostni li bir-riforma li daħlet fis-seħħ f’April li għadda, id-deċiżjonijiet ta’ persuni mixlija bl-istess akkużi kienu differenti.
Qed isostni wkoll li s-sentenza kienet ingħatat ftit qabel mar-riforma daħlet fis-seħħ fejn ma kienx jingħata sentenza ta’ priġunerija.
Ir-raġel enfasizza li bir-riforma qed jibbenefika kulħadd ħlief fil-Qorti tal-Appell u għalhekk qed jitlob li l-każ imur quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.