Isofru ġrieħi serji wara l-inċident fil-Mellieħa

Iż-żgħażagħ li kienu involuti fl-inċident tat-traffiku lbieraħ filgħaxija l-Mellieħa ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi, iżda ma jinsabux fil-periklu tal-mewt.
Il-ġuvni ta’ 17-il sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li t-tifel ta’ 15-il sena ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7pm fl-Aħrax tal-Mellieħa.

Ritratt: The Malta Police Force