Isofri minn ġrieħi ħfief it-tifel ta’ 3 snin li ttajjar ilbieraħ

It-tifel li lbieraħ ittajjar minn karozza f’Wied il-Għajn qed isoffri minn ġrieħi ħfief.
It-tifel li huwa barrani ttieħed l-isptar Mater Dei wara li ttajjar minn karozza fi Triq Sant Anna f’Wied il-Għajn.
Jidher li t-tifel kien m’ommu meta għal xi raġuni ħareġ mill-karozza u ttajjar minn vettura misjuqa minn mara ta’ 43 sena minn Wied il-Għajn stess.
L-inċident seħħ għal ħabta tat-3:45pm.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel fl-Isptar Mater Dei.