Isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ m’għola seba’ filati

Raġel ta' 53 sena miż-Żurrieq sofra ġrieħi gravi wara li waqa' m'għola seba' filati.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:00 fi Triq il-Belt Valletta f'Ħal Luqa.
Mill-investigazzjoni tal-Puliżija jirriżulta li r-raġel waqa' minn fuq container waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post kellu jissejjaħ tim mediku b'ambulanza li ħa lir-raġel lejn l-isptar Mater Dei.