Isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn mutur

Read in English.

Raġel ta’ 40 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi wara incident tat-traffiku. Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija r-raġel intlaqat minn mutur li kien qed jinstaq minn mara ta’ 28 sena resident Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-06:50pm fi Vjal l-Indipendenza, l-Mosta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel li hu mill-Mosta stess safa’ milqut minn mutur. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.