Isofri minn ġriehi gravi wara argument f’Għawdex

Raġel isofri minn ġriehi ta’ natura gravi wara li kien involut f’argument fix-Xagħra. L-argument seħħ għall-ħabta tal-10:50pm fi Triq it-Tmienja u Għoxrin ta’ April 1688.

Skont stqarrija tal-Pulizija, l-argument seħħ bejn raġel ta’ 45 sena u ieħor ta’ 58 sena, it-tnejn residenti x-Xagħra. Waqt l-argument, ir-raġel ta’ 58 kien allegatament agredit permezz ta’ oġġett iebes u sofra xi ġrieħi. Huwa rrikorra l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġriehi ta’ natura gravi, filwaqt li l-persuna l-oħra weġġgħat ħafif.

Il-Pilizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.