Isofri ġrieħi gravi wara li qala’ daqqiet ta’ lembuba

Raġel ta’ 30 sena ndarab serjament wara li ġie aggredit minn raġel ieħor ta’ 31 sena.
Il-każ seħħ f’bar fil-Bajja ta’ San Tumas f’Marsakala, t-Tnejn fl-10.30 ta’ filgħaxija, meta raġel ħebb għal raġel ieħor b’lembuba.
Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija, li qed tinvestiga l-każ. 

Ritratt: Media Police